+Artikolu 50 Id-drittijiet tar-reġistranti u ta' l-utenti downstream
---+Artikolu 50 1.
---+Artikolu 50 2.
---+Artikolu 50 3.
---+Artikolu 50 4.

Artikolu 50 Id-drittijiet tar-reġistranti u ta' l-utenti downstream

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 50 1.
L-Aġenzija għandha tinnotifika kwalunkwe abbozz ta' deċiżjoni taħt l-Artikoli 40, 41 jew 46 lir-reġistrant(i) jew lill-utent(i) “downstream” konċernati, u tgħarrafhom dwar id-dritt tagħhom li jikkummentaw fi żmien 30 jum minn meta jirċevuha. Jekk ir-reġistrant(i) jew l-utent(i) “downstream” konċernati jixtiequ jikkummentaw, għandhom jipprovdu l-kummenti tagħhom lill-Aġenzija. L-Aġenzija mbagħad għandha tinforma lill-awtorità kompetenti dwar il-preżentazzjoni tal-kummenti mingħajr dewmien. L-awtorità kompetenti (għal deċiżjonijiet meħuda taħt l-Artikolu 46) u l-Aġenzija (għal deċiżjonijiet meħuda taħt l-Artikoli 40 u 41) għandhom jikkunsidraw kwalunkwe kumment riċevut u jistgħu jemendaw l-abbozz ta' deċiżjoni skond il-każ.
Artikolu 50 2.
Jekk reġistrant jieqaf mill-manifattura jew mill-importazzjoni tas-sustanza, jew mill-produzzjoni jew importazzjoni ta' oġġett, jew l-utent “downstream” ma jibqax jużah, huwa għandu javża lill-Aġenzija dwar dan il-fatt bil-konsegwenza li l-volum reġistrat fir-reġistrazzjoni tiegħu, jekk ikun il-każ, għandu jinbidel għal żero u ma tkun tista' tintalab ebda informazzjoni oħra fir-rigward ta' dik is-sustanza, sakemm ir-reġistrant ma jinnotifikax il-bidu mill-ġdid tal-manifattura jew ta' l-importazzjoni tas-sustanza jew tal-produzzjoni jew l-importazzjoni ta' l-oġġett, jew sakemm l-utent “downstream” ma jinnotifikax li reġa' beda jużah. L-Aġenzija għandha tinforma lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li fih ikun jinsab ir-reġistrant jew l-utent “downstream”.
Artikolu 50 3.
Ir-reġistrant jista' jieqaf mill-manifattura jew mill-importazzjoni tas-sustanza jew il-produzzjoni jew l-importazzjoni ta' oġġett, jew l-utent “downstream” jista' jieqaf jużah, hekk kif jirċievi l-abbozz ta' deċiżjoni. F'tali każijiet, ir-reġistrant jew l-utent “downstream” għandu javża lill-Aġenzija dwar dan il-fatt bil-konsegwenza li r-reġistrazzjoni tiegħu, jew ir-rapport, m'għandhomx jibqgħu aktar validi, u ma tkun tista' tintalab ebda informazzjoni oħra fir-rigward ta' dik is-sustanza, sakemm huwa ma jippreżentax reġistrazzjoni ġdida jew rapport ġdid. L-Aġenzija għandha tinforma lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li fih ikun jinsab ir-reġistrant jew l-utent “downstream”.
Artikolu 50 4.

Minkejja l-paragrafi 2 u 3, tista' tintalab aktar informazzjoni skond l-Artikolu 46 f'xi wieħed jew fiż-żewġ każijiet li ġejjin:

(a) 

fejn l-awtorità kompetenti tipprepara dossier skond l-Anness XV u tikkonkludi li jkun hemm riskju potenzjali għal perjodu fit-tul għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent li jiġġustifika l-bżonn ta' aktar informazzjoni;

(b) 

fejn l-espożizzjoni għas-sustanza manifatturata jew importata mir-reġistrant jew għas-sustanza fl-oġġett magħmul jew impurtat mir-reġistrant(i), jew għas-sustanza użata mill-utent(i) “downstream” tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għal dak ir-riskju.

Il-proċedura fl-Artikoli 69 sa 73 għandha tapplika mutatis mutandis.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1907
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.