+Artikolu 69 Preparazzjoni ta' proposta
---+Artikolu 69 1.
---+Artikolu 69 2.
---+Artikolu 69 3.
---+Artikolu 69 4.
---+Artikolu 69 5.
---+Artikolu 69 6.

Artikolu 69 Preparazzjoni ta' proposta

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 69 1.
Jekk il-Kummissjoni tikkonsidra li l-manifattura, it-tqegħid fis-suq jew l-użu ta' sustanza waħidha, f' ►M3  taħlita ◄ jew f'oġġett ikunu jikkostitwixxu riskju għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent li ma jkunx kontrollat adegwatament u li jkun jeħtieġ li jiġi indirizzat, hija għandha titlob lill-Aġenzija sabiex tlesti dossier li jikkonforma mar-rekwiżiti ta' l-Anness XV.
Artikolu 69 2.
Wara d-data msemmija fl-Artikolu 58(1)(ċ)(i) għal sustanza elenkata fl-Anness XIV, l-Aġenzija għandha tikkonsidra jekk l-użu ta' dik is-sustanza f'oġġetti jikkostitwixxix riskju għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent li ma jkunx suffiċjentement kontrollat. Jekk l-Aġenzija tikkonsidra li r-riskju mhuwiex kontrollat suffiċjentement, hija għandha tipprepara dossier li jikkonforma mar-rekwiżiti ta' l-Anness XV.
Artikolu 69 3.
Fi żmien 12-il xahar mir-riċezzjoni tat-talba mill-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 1 u jekk dan id-dossier juri li tkun meħtieġa azzjoni fuq skala Komunitarja, lil hinn minn kull miżura oħra diġà meħuda, l-Aġenzija għandha tissuġġerixxi restrizzjonijiet, sabiex jinbeda l-proċess tar-restrizzjonijiet.
Artikolu 69 4.
Jekk Stat Membru jikkonsidra li l-manifattura, it-tqegħid fis-suq jew l-użu ta' sustanza waħidha, f' ►M3  taħlita ◄ jew f'oġġett ikunu jikkostitwixxu riskju għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent li ma jkunx kontrollat adegwatament u li jkun jeħtieġ li jiġi indirizzat, huwa għandu jinnotifika lill-Aġenzija li huwa jipproponi li jlesti dossier li jikkonforma mar-rekwiżiti tat-Taqsimiet relevanti ta' l-Anness XV. Jekk is-sustanza ma tkunx fil-lista miżmuma mill-Aġenzija msemmija fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, l-Istat Membru għandu jipprepara dossier li jikkonforma mar-rekwiżiti ta' l-Anness XV fi żmien 12-il xahar min-notifika lill-Aġenzija. Jekk id-dossier juri tkun meħtieġa azzjoni fuq skala Komunitarja, lil hinn minn kwalunkwe miżura diġà fis-seħħ, l-Istat Membru għandu jippreżentah lill-Aġenzija fil-format previst fl-Anness XV, sabiex jinbeda l-proċess ta' restrizzjonijiet.

L-Aġenzija jew l-Istati Membri għandhom jagħmlu referenza għal kwalunkwe dossier, rapport ta' sigurtà kimika jew stima tar-riskji preżentati lill-Aġenzija jew lill-Istat Membru skond dan ir-Regolament. L-Aġenzija jew l-Istati Membri għandhom jagħmlu referenza wkoll għal kwalunkwe stima relevanti tar-riskji preżentata għall-finijiet ta' Regolamenti jew Direttivi Komunitarji oħrajn. Għal dan il-għan, korpi oħrajn, bħal aġenziji, stabbiliti taħt il-liġi Komunitarja u li jwettqu xogħol simili għandhom, fuq talba, jipprovdu informazzjoni lill-Aġenzija jew lill-Istat Membru konċernat.

Il-Kumitat ta' l-Istima tar-Riskji u l-Kumitat ta' Analiżi Soċjo-ekonomika għandhom jikkontrollaw jekk id-dossier preżentat jikkonformax mar-rekwiżiti ta' l-Anness XV. Fiż-żmien 30 jum mir-riċezzjoni, il-Kumitat rispettiv għandu javża lill-Aġenzija jew lill-Istat Membru u jissuġġerixxi restrizzjonijiet, dwar jekk id-dossier jikkonformax jew le. Jekk id-dossier ma jikkonformax, ir-raġunijiet għandhom jingħataw lill-Aġenzija jew lill-Istat Membru bil-miktub fi żmien 45 jum mir-riċezzjoni tiegħu. L-Aġenzija jew l-Istat Membru għandu jġib id-dossier konformi fi żmien 60 jum mid-data tar-riċezzjoni tar-raġunijiet mill-Kumitati, inkella tiġi terminata l-proċedura taħt dan il-Kapitolu. L-Aġenzija għandha tippubblika mingħajr dewmien l-intenzjoni tal-Kummissjoni jew ta' Stat Membru li jsejħu għal proċedura ta' restrizzjoni għal sustanza u għandha tavża lil dawk li ppreżentaw reġistrazzjoni għal dik is-sustanza.

Artikolu 69 5.
L-Aġenzija għandha żżomm lista ta' sustanzi li dwarhom ikun ippjanat jew ikun qiegħed isir dossier, li jikkonforma mar-rekwiżiti ta' l-Anness XV, mill-Aġenzija jew mill-Istat Membru għall-finijiet ta' xi restrizzjoni proposta. Jekk sustanza tinsab fuq il-lista, m'għandu jiġi preparat ebda dossier ieħor bħal dan. Jekk ikun propost minn Stat Membru jew mill-Aġenzija li għandha tiġi eżaminata mill-ġdid restrizzjoni eżistenti elenkata fl-Anness XVII, għandha tittieħed deċiżjoni dwar jekk dan għandux isir, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 133(2) ibbażata fuq prova preżentata mill-Istat Membru jew mill-Aġenzija.
Artikolu 69 6.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 118 u 119, l-Aġenzija għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku fil-website tagħha d-dossiers kollha li jikkonformaw ma' l-Anness XV inklużi r-restrizzjonijiet suġġeriti skond il-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu mingħajr dewmien, b'indikazzjoni ċara tad-data tal-pubblikazzjoni. L-Aġenzija għandha tistieden lill-partijiet interessati kollha sabiex jippreżentaw individwalment jew konġuntament fi żmien 6 xhur mid-data tal-pubblikazzjoni:

(a) 

kummenti dwar id-dossiers u r-restrizzjonijiet suġġeriti;

(b) 

analiżi soċjo-ekonomika jew informazzjoni li tista' tikkontribwixxi għal waħda mir-restrizzjonijiet suġġeriti, b'eżami tal-vantaġġi u ta' l-iżvantaġġi tar-restrizzjonijiet proposti. Għandha tikkonforma mar-rekwiżiti fl-Anness XVI.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1907
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.