+Artikolu 71 L-opinjoni ta' l-Aġenzija: Il-Kumitat ta' Analiżi Soċjo-ekonomika
---+Artikolu 71 1.
---+Artikolu 71 2.
---+Artikolu 71 3.
|
Artikolu 71 L-opinjoni ta' l-Aġenzija: Il-Kumitat ta' Analiżi Soċjo-ekonomika
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 71 1.
|
Fi żmien 12-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni msemmija fl-Artikolu 69(6), il-Kumitat ta' Analiżi Soċjo-ekonomika għandu jifformula opinjoni dwar ir-restrizzjonijiet proposti bbażata fuq il-konsiderazzjoni tiegħu tal-partijiet relevanti tad-dossier u l-impatt soċjo-ekonomiku. Huwa għandu jipprepara abbozz ta' opinjoni dwar ir-restrizzjonijiet proposti u dwar l-impatt soċjo-ekonomiku relatat, filwaqt li jittieħed kont ta' l-analiżi jew l-informazzjoni skond l-Artikolu 69(6)(b), jekk ikun hemm. L-Aġenzija għandha tippubblika l-abbozz ta' opinjoni fil-website mingħajr dewmien. L-Aġenzija għandha tistieden lill-partijiet interessati sabiex jagħtu l-kummenti tagħhom dwar l-abbozz ta' opinjoni mhux aktar tard minn 60 jum mill-pubblikazzjoni ta' dak l-abbozz ta' opinjoni.
|
|
Artikolu 71 2.
|
Il-Kumitat ta' Analiżi Soċjo-ekonomika għandu mingħajr dewmien jadotta l-opinjoni tiegħu, filwaqt li jittieħed kont fejn xieraq ta' aktar kummenti li jaslu sat-terminu perentorju stabbilit. Din l-opinjoni għandha tieħu kont tal-kummenti u l-analiżi soċjo-ekonomika ta' partijiet interessati preżentati taħt l-Artikolu 69(6)(b) u taħt il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 71 3.
|
Fejn l-opinjoni tal-Kumitat ta' l-Istima tar-Riskji tvarja b'mod sinifikattiv mir-restrizzjonijiet proposti, l-Aġenzija tista' tipposponi l-iskadenza tat-terminu perentorju għall-opinjoni tal-Kumitat ta' Analiżi Soċjo-ekonomika b'massimu ta' 90 jum.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1907
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|