+Artikolu 74 Ħlasijiet u spejjeż
---+Artikolu 74 1.
---+Artikolu 74 2.
---+Artikolu 74 3.
---+Artikolu 74 4.
---+Artikolu 74 5.

Artikolu 74 Ħlasijiet u spejjeż

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 74 1.
Il-ħlasijiet meħtieġa skond l-Artikolu 6(4), 7 l-Artikolu (1) u (5), l-Artikolu 9(2), l-Artikolu l-Artikolu 11(4), l-Artikolu 17(2), l-Artikolu 18(2), l-Artikolu 19(3), l-Artikolu 22(5), l-Artikolu 62(7) u l-Artikolu 92(3) għandhom jiġu speċifikati f'Regolament tal-Kummissjoni adottat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 133(3) sa l-1 ta' Ġunju 2008.
Artikolu 74 2.
M'hemmx bżonn li jsir ħlas għar-reġistrazzjoni ta' sustanza fi kwantità ta' bejn 1 u 10 tunnellati metriċi fejn id-dossier tar-reġistrazzjoni jkun fih l-informazzjoni kollha fl-Anness VII.
Artikolu 74 3.
L-istruttura u l-ammont tal-ħlasijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jieħdu kont tax-xogħol meħtieġ minn dan ir-Regolament li jrid jitwettaq mill-Aġenzija u l-awtorità kompetenti u għandu jiġi ffissat f'tali livell sabiex ikun żgurat li d-dħul derivat minnhom meta kkombinat ma' sorsi oħrajn tad-dħul ta' l-Aġenzija skond l-Artikolu 96(1) ikun suffiċjenti sabiex ikopri l-ispiża tas-servizzi mogħtija. Il-ħlasijiet stabbiliti għar-reġistrazzjoni għandhom jikkunsidraw x-xogħol li jista' jsir skond it-Titolu VI.

Fil-każ ta' l-Artikolu 6(4), l-Artikolu 7(1) u (5), l-Artikolu 9(2), l-Artikolu 11(4), l-Artikolu 17(2) u l-Artikolu 18(2), l-istruttura u l-ammont tal-ħlasijiet għandhom jieħdu kont ta' il-limiti tat-tunnellaġġ tas-sustanza li tkun qiegħda tiġi reġistrata.

Fil-każijiet kollha għandu jiġi stabbilit ħlas imnaqqas għall-SMEs.

Fil-każ ta' l-Artikolu 11(4), l-istruttura u l-ammont tal-ħlasijiet għandhom jieħdu kont ta' l-informazzjoni ġietx preżentata konġuntament jew separatament.

Fil-każ ta' talba magħmula taħt l-Artikolu 10(a)(xi), l-istruttura u l-ammont tal-ħlasijiet għandhom jieħdu kont ta' ix-xogħol meħtieġ mill-Aġenzija fil-valutazzjoni tal-ġustifikazzjoni.

Artikolu 74 4.
Ir-Regolament imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jispeċifika ċ-ċirkostanzi li taħthom jiġi trasferit proporzjon tal-ħlasijiet lill-Awtorità Kompetenti ta' l-Istat Membru relevanti.
Artikolu 74 5.
L-Aġenzija tista' tiġbor spejjeż għal servizzi oħrajn provduti minnha.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1907
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.