+Artikolu 136 Miżuri transizzjonali dwar sustanzi eżistenti
---+Artikolu 136 1.
---+Artikolu 136 2.
---+Artikolu 136 3.

Artikolu 136 Miżuri transizzjonali dwar sustanzi eżistenti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 136 1.
It-talbiet lil manifatturi u lil importaturi sabiex jippreżentaw informazzjoni lill-Kummissjoni magħmula minn Regolament tal-Kummissjoni fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KEE) Nru 793/93, għandhom jiġu kunsidrati bħala deċiżjonijiet adottati konformement ma' l-Artikolu 52 ta' dan ir-Regolament.

L-awtorità kompetenti għas-sustanza għandha tkun l-awtorita' kompetenti mill-Istat Membru identifikat bħala rapporteur konformement ma' l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KEE) Nru 793/93 u għandha twettaq il-kompiti ta' l-Artikolu 46(3) u l-Artikolu 48 ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 136 2.
It-talbiet lil manifatturi u lil importaturi sabiex jippreżentaw informazzjoni lill-Kummissjoni magħmula mir-Regolament tal-Kummissjoni fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KEE) Nru 793/93, għandhom jiġu kunsidrati bħala deċiżjonijiet adottati konformement ma' l-Artikolu 52 ta' dan ir-Regolament. L-Aġenzija għandha tidentifika l-awtorità kompetenti għas-sustanza sabiex twettaq il-kompiti ta' l-Artikolu 46(3) u l-Artikolu 48 ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 136 3.

Stat Membru li r-rapporteur tiegħu ma ressaqx sa l-1 ta' Ġunju 2008 l-istima tar-riskji u, fejn xieraq, l-istrateġija sabiex jiġu limitati r-riskji, konformement ma' l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KEE) Nru 793/9, għandu:

(a) 

jiddokumenta l-informazzjoni dwar perikli u riskji konformement ma' l-Anness XV, Parti B ta' dan ir-Regolament;

(b) 

japplika l-Artikolu 69(4) ta' dan ir-Regolament abbażi ta' l-informazzjoni msemmija fil-punt (a); u

(ċ) 

jipprepara dokumentazzjoni ta' kif huwa jikkonsidra li kwakunkwe riskju ieħor identifikat jeħtieġ jiġi indirizzat minn azzjoni minbarra l-emendament ta' l-Anness XVII ta' dan ir-Regolament.

L-informazzjoni msemmija hawn fuq għandha tiġi preżentata lill-Aġenzija sa l-1 ta' Diċembru 2008.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006R1907
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.