2. Madankollu, għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu:
|
(a)
|
jaħtru awtoritajiet kompetenti differenti minn dawk identifikati skond l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2000/60/KE;
|
|
(b)
|
jidentifikaw ċerti żoni kostali jew baċini ta’ xmajjar individwali u jassenjawhom lil unità ta’ maniġġar differenti minn dawk assenjati skond l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2000/60/KE.
|
F’dawn il-każijiet, l-Istati Membri għandhom sas-26 ta’ Mejju 2010, jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni msemmija fl-Anness I tad-Direttiva 2000/60/KE. Għal dan il-fini, kull referenza għal awtoritajiet kompetenti u distretti ta’ baċin tax-xmara għandha titqies bħala referenza għall-awtoritajiet kompetenti u għall-unità ta’ maniġġar imsemmija f’ dan l-Artikolu. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'kull tibdil fl-informazzjoni pprovduta skond dan il-paragrafu fi żmien tliet xhur minn meta l-bidla tieħu effett.