+Artikolu 4
---+Artikolu 4 1
---+Artikolu 4 2
---+Artikolu 4 3
---+Artikolu 4 4

Artikolu 4

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 4 1

1.   L-Istati Membri għandhom, għal kull distrett ta’ baċin tax-xmara jew unità ta’ maniġġar imsemmija fl-Artikolu 3(2)(b) jew il-parti ta’ baċin tax-xmara internazzjonali li tinsab fit-territorju tagħhom, jagħmlu valutazzjoni preliminari tar-riskju ta’ għargħar skond il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 4 2

2.   Għandha ssir valutazzjoni preliminari tar-riskju ta’ għargħar, ibbażata fuq informazzjoni disponibbli jew faċilment derivabbli, bħal reġistri u studji dwar żviluppi fuq medda ta’ żmien twila, b'mod partikulari l-impatti tal-bidla fil-klima fuq l-okkorrenza ta’ l-għargħar, biex tipprovdi valutazzjoni ta’ riskji potenzjali. Il-valutazzjoni għandha tinkludi ta’ l-inqas dan li ġej:

(a)

mapep tad-distrett ta’ baċin tax-xmara bi skala adatta inklużi l-konfini tal-baċini tax-xmara, tas-sotto-baċini u fejn jeżistu taż-żoni kostali, li juru t-topografija u l-użu ta’ l-art;

(b)

deskrizzjoni ta’ l-għargħar li seħħew fl-imgħoddi u li kellhom impatti negattivi sinifikanti fuq is-saħħa tal-bniedem, l-ambjent, il-wirt kulturali u li għalihom il-possibbiltà ta’ każijiet simili fil-ġejjieni għadha rilevanti, inkluż il-firxa ta’ l-għargħar u r-rotot ta’ mogħdija tagħhom u valutazzjoni ta’ l-impatti negattivi li ġabu magħhom;

(ċ)

deskrizzjoni ta’ l-għargħar sinifikanti, li seħħew fl-imgħoddi, fejn jistgħu jiġu previsti konsegwenzi negattivi sinifikanti ta’ avvenimenti futuri simili;

u, skond il-ħtiġijiet speċifiċi ta’ l-Istati Membri, din għandha tinkludi:

(d)

valutazzjoni tal-konsegwenzi negattivi potenzjali ta’ għargħar futuri għas-saħħa tal-bniedem, l-ambjent, il-wirt kulturali u l-attività ekonomika, b'kont meħud kemm jista’ jkun ta’ kwistjonijiet possibbli bħat-topografija, il-pożizzjoni tal-mogħdijiet ta’ l-ilma u l- inklużi l-pjanuri ta’ l-għargħar bħala żoni naturali għaż-żamma ta’ l-ilma, l-effettività ta’ infrastrutturi eżistenti magħmula mill-bniedem għad-difiża mill-għargħar, il-pożizzjoni taż-żoni fejn jgħixu n-nies, iż-żoni ta’ attività ekonomika u żviluppi fuq perijodu fit-tul inklużi l-impatti tal-bidla fil-klima fuq l-okkorrenza ta’ għargħar.karatteristiċi idroloġiċi u ġeomorfoloġiċi ġenerali tagħhom.

Artikolu 4 3

3.   Fil-każ ta’ distretti ta’ baċini tax-xmara internazzjonali, jew unitajiet ta’ maniġġar imsemmija fl-Artikolu 3(2)(b) li huma komuni ma’ Stati Membri oħrajn, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jseħħ skambju ta’ informazzjoni rilevanti bejn l-awtoritajiet kompetenti konċernati.

Artikolu 4 4

4.   L-Istati Membri għandhom ilestu il-valutazzjoni preliminari tar-riskju ta’ għargħar sat-22 ta’ Diċembru 2011.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 06.11.2007 00:00:00 -Doknr: CELEX:32007L0060
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.