Artikolu 23
Reġistru
L-Istati Membri għandhom iżommu reġistru ta' l-introduzzjonijiet u t-traslokazzjonijiet li jkun fih rekord storiku ta' l-applikazzjonijiet kollha magħmula u d-dokumentazzjoni assoċjata miġbura qabel il-ħruġ ta' permess u matul il-perijodu ta' monitoraġġ.
Ir-reġistru għandu jkun disponibbli liberament għall-Istati Membri u għall-pubbliku skond id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali (
7
).
Biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jaqsmu l-informazzjoni li tinsab fir-reġistri tagħhom, tista' tiġi żviluppata sistema speċifika ta' informazzjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002.