|
+Artikolu 7 Punti ta’ kampjunament ---+Article 7 1. ---+Article 7 2. ---+Article 7 3. ---+Article 7 4. |
Artikolu 7 Punti ta’ kampjunamentArtikolu 7 Punti ta’ kampjunament 1. Fejn jitpoġġew il-punti ta’ kampjunament għall-kejl tad-dijossidu tal-kubrit, id-dijossidu tan-nitroġenu u ossidi tan-nitroġenu, il-partikuli (PM10, PM2,5), iċ-ċomb, il-benżina u l-monossidu tal-karbonju fl-arja ta’ l-ambjent għandu jiġi determinat bl-użu tal-kriterji elenkati fl-Anness III. 2. F’kull żona jew agglomerazzjoni fejn il-kejl fiss ikun is-sors waħdieni ta’ l-informazzjoni għall-valutazzjoni tal-kwalità ta’ l-arja, in-numru ta’ punti ta’ kampjunament għal kull sustanza li tniġġes rilevanti m’għandux ikun anqas min-numru minimu tal-punti ta’ kampjunament speċifikat fit-Taqsima A ta’ l-Anness V. 3. Għal żoni u agglomerazzjonijiet li fihom l-informazzjoni minn punti fissi ta’ kampjunament għall-kejl tiġi supplimentata bl-informazzjoni mill-immudellar u/jew kejl indikati, l-għadd totali ta’ punti, ta’ kampjunament, speċifikati fit-Taqsima A ta’ l-Annessi V jista’ jitnaqqas sa 50 %, sakemm iseħħ dan li ġej: (a) il-metodi supplimentari jipprovdu informazzjoni suffiċjenti għall-valutazzjoni tal-kwalità ta’ l-arja fir-rigward tal-valuri ta’ limitu jew il-limiti ta’ allert, kif ukoll l-informazzjoni adegwata għall-pubbliku; (b) in-numru ta’ punti ta’ kampjunament li għandhom jiġu installati u r-riżoluzzjoni ġeografika ta’ metodi tekniċi oħrajn huma suffiċjenti għall-konċentrazzjoni tas-sustanza li tniġġes rilevanti li għandha tiġi stabbilita skond l-objettivi tal-kwalità tad-data speċifikati fit-Taqsima A ta’ l-Anness I u jippermettu r-riżultati ta’ valutazzjoni jilħqu l-kriterji speċifikati fit-Taqsima B ta’ l-Anness I. Għandu jittieħed kont tar-riżultati tal-mudellar u/jew tal-kejl indikattiv għall-valutazzjoni tal-kwalità ta’ l-arja fir-rigward tal-valuri ta’ limitu. 4. L-applikazzjoni fl-Istati Membri tal-kriterji ta’ l-għażla tal-punti ta’ kampjunament għanda tkun sorveljata mill-Kummissjoni sabiex titħaffef l-applikazzjoni armonizzata ta’ dawk il-kriterji ma’ l-Unjoni Ewropea kollha. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|