|
+ANNESS X KEJL TA’ SUSTANZI PREKURSURI TA’ L-OŻONU |
ANNESS X KEJL TA’ SUSTANZI PREKURSURI TA’ L-OŻONUANNESS X KEJL TA’ SUSTANZI PREKURSURI TA’ L-OŻONU A. Objettivi L-objettivi prinċipali ta’ tali kejl huma li tiġi analizzata kwalunkwe xejra tal-prekursuri ta’ l-ożonu, li tiġi kontrollata l-effiċjenza ta’ l-istrateġiji għat-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet, li tiġi kontrollata l-konsistenza ta’ l-inventarji ta’ l-emissjonijiet u sabiex tgħin sabiex ikunu attribwiti s-sorsi ta’ l-emissjoni għall-konċentrazzjonijiet osservati ta’ tniġġis. Għan ieħor huwa li jiġi sostnut l-apprezzament tal-formazzjoni ta’ l-ożonu u l-proċessi tad-dispersjoni tal-prekursuri, kif ukoll l-applikazzjoni ta’ mudelli fotokimiċi. B Sustanzi Il-kejl tas-sustanzi prekursuri ta’ l-ożonu għandu jinkludi ta’ l-anqas l-ossidi tan-nitroġenu (NO u NO2), u l-komposti organiċi volatili (VOC) adatti. Lista ta’ komposti organiċi volatili rakkomandati għall-kejl tingħata hawn taħt:
Ċ. Għażla tas-sit B’mod partikolari l-kejl għandu jittieħed f’żoni urbani jew suburbani fi kwalunkwe post mnejn isir il-monitoraġġ stabbilit skond ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u kunsidrat adegwat fir-rigward ta’ l-objettivi tal-monitoraġġ imsemmija fit-Taqsima A. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|