|
+ANNESS V |
ANNESS VANNESS V Programmi ta’ monitoraġġ (imsemmija fl-Artikoli 11(1) u 24) (1) Il-ħtieġa li tiġi pprovduta informazzjoni għall-valutazzjoni ta’ l-istatus ambjentali u għal stima tad-distanza minn, u l-progress lejn, status ambjentali tajjeb konformement ma’ l-Anness III u mal-kriterji u standards metodoloġiċi li għandhom jiġu definiti skond l-Artikolu 9(3). (2) Il-ħtieġa li tiġi żgurata l-ġenerazzjoni ta’ l-informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni ta’ indikaturi adattati għall-miri ambjentali previsti fl-Artikolu 10. (3) Il-ħtieġa li tiġi żgurata l-ġenerazzjoni ta’ l-informazzjoni li tippermetti l-istima ta’ l-impatt tal-miżuri previsti fl-Artikolu 13. (4) Il-ħtieġa li jiġu inklużi attivitajiet sabiex tiġi identifikata l-kawża tal-bidla u għalhekk il-miżuri korrettivi possibbli li jkun jeħtieġ jittieħdu sabiex jerġa jinkiseb l-istatus ambjentali tajjeb, meta d-devjazzjonijiet mill-firxa ta’ l-istatus mixtieq ikunu identifikati. (5) Il-ħtieġa li tiġi pprovduta informazzjoni dwar inkwinanti kimiċi fi speċi għall-konsum tal-bniedem minn żoni ta’ sajd kummerċjali. (6) Il-ħtieġa li jiġu inklużi attivitajiet sabiex jikkonfermaw li l-miżuri korrettivi jwasslu t-tibdil mixtieq u l-ebda effetti sekondarji mhux mixtieqa. (7) Il-ħtieġa li tinġabar flimkien l-informazzjoni b’referenza għal Reġjuni jew Sub-Reġjuni Marini skond l-Artikolu 4. (8) Il-ħtieġa li tiġi żgurata l-komparabbiltà ta’ approċċi u metodi ta’ valutazzjoni fi u bejn reġjuni marini u/jew sub-reġjuni. (9) Il-ħtieġa li jiġu żviluppati speċifikazzjonijiet tekniċi u metodi standardizzati għall-monitoraġġ fil-livell Komunitarju li jippermettu l-komparabbiltà ta’ l-informazzjoni. (10) Il-ħtieġa li tkun żgurata kemm jista’ jkun possibbli l-kompatibbiltà ma’ programmi eżistenti żviluppati fil-livelli reġjonali u internazzjonali bil-ħsieb li titrawwem konsistenza bejn dawn il-programmi u li tiġi evitata d-duplikazzjoni ta’ l-isforzi, bl-użu ta’ dawk il-linji gwida ta’ monitoraġġ li huma l-aktar rilevanti għar-Reġjun jew is-Sub-Reġjun Marin konċernat. (11) Il-ħtieġa li tiġi nkluża bħala parti mill-valutazzjoni inizjali prevista fl-Artikolu 8, l-valutazzjoni ta’ bidliet kbar fil-kondizzjonijiet ambjentali kif ukoll, fejn meħtieġ, ta’ kwistjonijiet ġodda u emerġenti. (12) Il-ħtieġa li jiġu indirizzati bħala parti mill-valutazzjoni inizjali prevista fl-Artikolu 8, l-elementi rilevanti elenkati fl-Anness II inkluża l-varjabbiltà naturali tagħhom u sabiex jiġi evalwat il-progress lejn il-kisba tal-miri ambjentali stipulati skond l-Artikolu 10(1) ta’ din id-Direttiva, bl-użu, kif jixraq, ta’ l-indikaturi stabbiliti u l-punti ta’ referenza tal-limiti jew miri tagħhom. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|