+Artikolu 9 1.

Artikolu 9 1.

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jipprevjenu l-ġenerazzjoni tal-iskart. Dawk il-miżuri għandhom tal-inqas:

(a) 

jippromwovu u jappoġġjaw mudelli ta’ produzzjoni u konsum sostenibbli;

(b) 

iħeġġu d-disinn, il-manifattura u l-użu ta’ prodotti li huma effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, durabbli (inkluż f’termini ta’ ħajja tal-prodott u n-nuqqas ta’ obsolenza ppjanata), riparabbli, riutilizzabbli u aġġornabbli;

(c) 

jimmiraw prodotti li fihom materja prima kritika, sabiex jevitaw li dik il-materja prima ssir skart;

(d) 

iħeġġu l-użu mill-ġdid ta’ prodotti u l-ħolqien ta’ sistemi li jippromwovu attivitajiet ta’ tiswija u ta’ użu mill-ġdid, inkluż, b’mod partikulari, għat-tagħmir elettriku u elettroniku, għat-tessuti u għall-għamara kif ukoll għall-imballaġġ u l-materjal u l-prodotti tal-kostruzzjoni;

(e) 

jinkoraġġixxu, kif xieraq u mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, id-disponibbiltà ta’ spare parts, ta’ manwali ta’ struzzjoni, ta’ informazzjoni teknika, jew strumenti, tagħmir jew softwer ieħor li jippermettu t-tiswija u l-użu mill-ġdid ta’ prodotti mingħajr ma tiġi kompromessi l-kwalità u s-sigurtà tagħhom;

(f) 

inaqqsu l-ġenerazzjoni tal-iskart fi proċessi marbutin mal-produzzjoni industrijali, fl-estrazzjoni tal-minerali, fil-manifattura, fil-kostruzzjoni u d-demolizzjoni, filwaqt li jqisu l-aħjar tekniki disponibbli;

▼M6 —————

▼M4

(i) 

jippromwovu t-tnaqqis tal-kontenut ta’ sustanzi perikolużi f’materjal u prodotti, mingħajr preġudizzju għal rekwiżiti legali armonizzati li jikkonċernaw dawk il-materjali u prodotti stabbiliti fil-livell tal-Unjoni, u jiżguraw li kwalunkwe fornitur ta’ oġġett kif definit fil-punt 33 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 12 ) jipprovdi l-informazzjoni skont l-Artikolu 33(1) ta’ dak ir-Regolament lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi mill-5 ta’ Jannar 2021;

(j) 

inaqqsu l-ġenerazzjoni tal-iskart, b’mod partikolari skart li ma huwiex adatt għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid jew ir-riċiklaġġ;

(k) 

jidentifikaw prodotti li jikkostitwixxu s-sorsi ewlenin ta’ skart, partikolarment fl-ambjenti naturali u marini, u jieħdu miżuri xierqa għall-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-ġenerazzjoni tal-iskart minn tali prodotti; Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jimplimentaw dan l-obbligu permezz ta’ restrizzjonijiet tas-suq, huma għandhom jiżguraw li dawn ir-restrizzjonijiet ikunu proporzjonati u mhux diskriminatorji;

(l) 

għandhom l-għan li jwaqqfu l-ġenerazzjoni tal-iskart fil-baħar bħala kontribuzzjoni lejn l-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti biex jiġi evitat u jitnaqqas b’mod sinifikanti t-tniġġis tal-baħar ta’ kull tip; u

(m) 

jiżviluppaw u jappoġġjaw kampanji ta’ informazzjoni għas-sensibilizzazzjoni dwar il-prevenzjoni tal-iskart u r-rimi taż-żibel.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008L0098
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.