+Artikolu 11a Regoli għall-kalkolu tal-ilħiq tal-miri stabbiliti
---+Artikolu 11a 1.
---+Artikolu 11a 2.
---+Artikolu 11a 3.
---+Artikolu 11a 4.
---+Artikolu 11a 5.
---+Artikolu 11a 6.
---+Artikolu 11a 7.
---+Artikolu 11a 8.
---+Artikolu 11a 9.
---+Artikolu 11a 10.
|
Artikolu 11a Regoli għall-kalkolu tal-ilħiq tal-miri stabbiliti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 11a 1.
|
Għall-finijiet tal-kalkolu ta’ jekk intlaħqux il-miri stipulati fil-punti (c), (d) u (e) tal-Artikolu 11(2) u fl-Artikolu 11(3),:
(a)
L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw il-piż tal-iskart muniċipali ġġenerat u ppreparat għall-użu mill-ġdid jew irriċiklat f’sena kalendarja partikolari;
(b)
il-piż tal-iskart muniċipali ppreparat għall-użu mill-ġdid għandu jkun ikkalkolat bħala l-piż tal-prodotti jew tal-komponenti tal-prodotti li saru skart muniċipali u li għaddew minn kull operat meħtieġ ta’ verifika, tindif jew tiswija sabiex jiġi permess l-użu mill-ġdid mingħajr iktar separazzjoni jew proċessar preliminari;
(c)
il-piż tal-iskart muniċipali riċiklat għandu jiġi kkalkolat bħala l-piż tal-iskart li, wara li għadda minn kull operat meħtieġ ta’ verifika, separazzjoni u l-operazzjonijiet preliminari oħrajn li jneħħu l-materjali tal-iskart li m’humiex fil-mira tal-ipproċessar sussegwenti mill-ġdid u li jiġi żgurat riċiklaġġ ta’ kwalità għolja, jidħol fl-operazzjoni ta’ riċiklaġġ fejn il-materjali tal-iskart huma fil-fatt ipproċessati mill-ġdid fi prodotti, materjali jew sustanzi.
|
|
Artikolu 11a 2.
|
Għall-finijiet tal-punt (c) tal-paragrafu 1, il-piż tal-iskart muniċipali riċiklat għandu jitkejjel meta l-iskart jidħol fl-operazzjoni ta’ riċiklaġġ. B’deroga mill-ewwel subparagrafu, il-piż tal-iskart muniċipali riċiklat jista’ jitkejjel fl-output ta’ kwalunkwe operazzjoni ta’ separazzjoni sakemm:
(a)
tali output ta’ skart huwa sussegwentement riċiklat;
(b)
il-piż tal-materjali jew tas-sustanzi li jitneħħew permezz ta’ operazzjonijiet ulterjuri qabel l-operazzjoni ta’ riċiklaġġ u mhumiex sussegwentement riċiklati mhuwiex inkluż fil-piż tal-iskart irrappurtat bħala riċiklat.
|
|
Artikolu 11a 3.
|
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema effettiva ta’ kontroll tal-kwalità u ta’ traċċabbiltà tal-iskart muniċipali, sabiex jiżguraw li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stipulati fil-punt (c) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. Biex tiġi żgurata l-affidabbiltà u l-akkuratezza tad-data miġbura dwar l-iskart riċiklat, is-sistema tista’ tikkonsisti minn reġistri elettroniċi maħluqin skont l-Artikolu 35(4), speċifikazzjonijiet tekniċi għar-rekwiżiti ta’ kwalità tal-iskart separat, jew rati medji ta’ telf għall-iskart isseparat għal diversi tipi ta’ skart u prattiki ta’ mmaniġġjar tal-iskart rispettivament. Ir-rati medji ta’ telf għandhom jintużaw biss f’każijiet fejn data affidabbli ma tistax tinkiseb mod ieħor u għandhom jiġu kkalkulati abbażi tar-regoli ta’ kalkolu stabbiliti fl-att delegat adottat skont il-paragrafu 10 ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 11a 4.
|
Għall-fini tal-kalkolu ta’ jekk il-miri stipulati fil-punti (c), (d) u (e) tal-Artikolu 11(2) u fl-Artikolu 11(3) intlaħqux, l-ammont ta’ skart muniċipali bijodegradabbli li jsirlu trattament aerobiku jew anaerobiku jista’ jingħadd bħala riċiklat meta dak it-trattament jiġġenera kompost, diġestat jew output ieħor bi kwantità simili ta’ kontenut riċiklat meta mqabbel mal-input, li għandu jintuża bħala prodott, materjal jew sustanza riċiklati. Meta l-output jintuża fuq l-art, l-Istati Membri jistgħu jgħodduh bħala riċiklat biss jekk dan l-użu jirriżulta f’benefiċċju għall-agrikoltura jew titjib ekoloġiku. Mill-1 ta’ Jannar 2027, l-Istati Membri jistgħu il-bijoskart muniċipali li jidħol għat-trattament aerobiku jew anaerobiku bħala riċiklat biss jekk, f’konformità mal-Artikolu 22, ikun inġabar b’mod separat jew ikun ġie separat fis-sors.
|
|
Artikolu 11a 5.
|
Għall-fini tal-kalkolu ta’ jekk il-miri stipulati fil-punti (c), (d) u (e) tal-Artikolu 11(2) u fl-Artikolu 11(3) intlaħqux, l-ammont ta’ materjali ta’ skart li ma baqgħux skart bħala riżultat ta’ operazzjoni ta’ preparazzjoni qabel ma jiġi pproċessat mill-ġdid jista’ jitqies bħala skart riċiklat, sakemm tali materjali jkunu destinati għall-ipproċessar mill-ġdid sussegwenti fi prodotti, materjali jew sustanzi għall-użu oriġinali jew għal skopijiet oħra. Madankollu, materjali tat-tmiem tal-iskart li jintużaw bħala fjuwils jew mezzi oħra biex tiġi ġġenerata l-enerġija, jew biex ikunu inċinerati, jintradmu jew jintremew f’landfills, m’ għandhomx jitqiesu fil-kalkolu tal-miri tar-riċiklaġġ.
|
|
Artikolu 11a 6.
|
Għall-fini tal-kalkolu ta’ jekk il-miri stipulati fil-punti (c), (d) u (e) tal-Artikolu 11(2) u fl-Artikolu 11(3) intlaħqux, l-Istati Membri jistgħu jqisu r-riċiklaġġ tal-metalli separati wara l-inċinerazzjoni tal-iskart muniċipali, dejjem jekk il-materjali riċiklati jilħqu ċerti kriterji ta’ kwalità stabbiliti fl-att ta’ implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 9 ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 11a 7.
|
L-iskart mibgħut lil Stat Membru ieħor għall-finijiet ta’ preparazzjoni għall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ jew għar-radam mill-ġdid f’dak l-Istat Membru l-ieħor, jista’ jingħadd biss lejn l-ilħiq tal-miri stipulati fl-Artikoli 11(2) u (3) mill-Istat Membru fejn l-iskart ikun inġabar.
|
|
Artikolu 11a 8.
|
L-iskart esportat mill-Unjoni għall-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid jew ir-riċiklaġġ għandu jingħadd lejn l-ilħiq tal-miri stipulati fl-Artikoli 11(2) u (3) ta’din id-Direttiva mill-Istat Membru fejn ikun inġabar biss jekk ikunu ġew issodisfati r-rekwiżiti tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, u jekk, skont ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006, l-esportatur jista’ jagħti prova li l-vjeġġ tal-iskart jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dak ir-Regolament, u li t-trattament tal-iskart barra mill-Unjoni jkun sar f’kundizzjonijiet ġeneralment ekwivalenti għar-rekwiżiti tal-liġi ambjentali rilevanti tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 11a 9.
|
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta, sal-31 ta’ Marzu 2019, atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli għall-kalkolu, il-verifika u r-rappurtar tad-data, b’mod partikolari fir-rigward ta’:
(a)
metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-piż tal-metalli li jkunu ġew riċiklati bl-inċinerazzjoni skont il-paragrafu 6, inklużi l-kriterji ta’ kwalità għall-metalli riċiklati, u
(b)
bijoskart separat u riċiklat fis-sors.
Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 39(2).
|
|
Artikolu 11a 10.
|
Sal-31 ta’ Marzu 2019, il-Kummissjoni għandha„ tadotta att delegat skont l-Artikolu 38a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi regoli għall-kalkolu, il-verifika u r-rappurtar tal-piż tal-materjali jew ta’ sustanzi li jitneħħew wara operazzjoni ta’ separazzjoni u li ma jkunux sussegwentement riċiklati, fuq il-bażi ta’ rati medji ta’ telf għal skart separat.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008L0098
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|