+Artikolu 15 Responsabbiltà għall-immaniġġar ta’ l-iskart
---+Artikolu 15 1.
---+Artikolu 15 2.
---+Artikolu 15 3.
---+Artikolu 15 4.
|
Artikolu 15 Responsabbiltà għall-immaniġġar ta’ l-iskart
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 15 1.
|
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li kwalunkwe produttur oriġinali ta’ l-iskart jew detentur ieħor iwettaq it-trattament ta’ l-iskart huwa stess jew jara li t-trattament isir minn negozjant jew stabbiliment jew intrapriża li twettaq operazzjonijiet ta’ trattament ta’ l-iskart jew jiġi organizzat minn entità tal-ġbir ta’ l-iskart privata jew pubblika skond l-Artikoli 4 u 13.
|
|
Artikolu 15 2.
|
Fejn l-iskart jiġi trasferit mill-produttur jew id-detentur oriġinali lil waħda mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi msemmija fil-paragrafu 1 għal trattament preliminari, ir-responsabbiltà għat-twettiq ta’ rkupru komplut jew operazzjoni ta’ rimi ma għandhiex titwarrab. Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006, l-Istati Membri jistgħu jispeċifikaw il-kondizzjonijiet ta’ responsabbiltà u jiddeċiedu f’liema każijiet il-produttur oriġinali għandu jżomm ir-responsabbiltà għall-katina kollha tat-trattament jew f’liema każijiet ir-responsabbiltà tal-produttur u d-detentur tista’ tiġi kondiviża jew delegata fost l-atturi tal-katina tat-trattament.
|
|
Artikolu 15 3.
|
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, skond l-Artikolu 8, li r-responsabbiltà għall-organizzazzjoni tat-trattament ta’ l-iskart għandha tinġarr parzjalment jew b’mod sħiħ mill-produttur tal-prodott li minnu jkun ġie l-iskart u li d-distributuri ta’ tali prodott jistgħu jaqsmu din ir-responsabbiltà.
|
|
Artikolu 15 4.
|
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, fit-territorju tagħhom, l-istabbilimenti jew l-impriżi li jiġbru jew tittrasportaw l-iskart fuq bażi professjonali jwasslu l-iskart miġbur u ttrasportat sa impjanti ta’ trattament adatti filwaqt li jirrispettaw id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 13.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008L0098
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|