+Artikolu 16 Prinċipji ta’ awto-suffiċjenza u viċinanza
---+Artikolu 16 1.
---+Artikolu 16 2.
---+Artikolu 16 3.
---+Artikolu 16 4.
|
Artikolu 16 Prinċipji ta’ awto-suffiċjenza u viċinanza
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 16 1.
|
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa, b’koperazzjoni ma’ Stati Membri oħra fejn dan huwa meħtieġ jew rakkomandabbli, biex jistabbilixxu netwerk integrat u adegwat ta’ impjanti għar-rimi ta’ l-iskart u ta’ impjanti għall-irkupru ta’ skart muniċipali mħallat miġbur minn djar privati, inkluż fejn tali ġbir ikopri wkoll skart muniċipali mħallat minn produtturi oħra, b’kont meħud ta’ l-aħjar teknika disponibbli. B’deroga mir-Regolament (KE) Nru 1013/2006, l-Istati Membri jistgħu, sabiex jipproteġu n-network tagħhom, jillimitaw il-vjeġġi ta’ skart li jkun dieħel iddestinat għall-inċineraturi li huwa kklassifikat bħala rkupru, fejn ġie stabbilit li tali vjeġġi jkollhom il-konsegwenza li l-iskart nazzjonali jkollu jintrema jew li l-iskart ikun irid trattat b’mod li mhuwiex koerenti mal-pjan nazzjonali tagħhom ta’ l-immaniġġar ta’ l-iskart. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’tali deċiżjoni. L-Istati Membri jistgħu wkoll jillimitaw il-vjeġġi ta’ skart li jkun ħiereġ għal raġunijiet ambjentali kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1013/2006.
|
|
Artikolu 16 2.
|
In-netwerk għandu jkun imfassal b’mod li jippermetti li l-Komunità, bħala entità waħda, tkun awtosuffiċjenti fir-rimi ta’ l-iskart kif ukoll fl-irkupru ta’ skart imsemmi fil-paragrafu 1, u li jippermetti li l-Istati Membri jersqu lejn dak il-għan fuq bażi individwali, b’kont meħud taċ-ċirkostanzi ġeografiċi jew tal-ħtieġa ta’ impjanti speċjalizzati għal ċertu tip ta’ skart.
|
|
Artikolu 16 3.
|
In-netwerk għandu jippermetti li l-iskart jintrema jew li l-iskart imsemmi fil-paragrafu 1 jiġi rkuprat f’waħda mill-eqreb impjanti approprjati, permezz ta’ l-aktar metodi u teknoloġiji approprjati, sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni ta’ l-ambjent u tas-saħħa pubblika.
|
|
Artikolu 16 4.
|
Il-prinċipji tal-viċinanza u ta’ l-awto-suffiċjenza ma jfissrux li kull Stat Membru għandu jkollu l-firxa kollha ta’ faċilitajiet ta’ rkupru finali f’dak l-Istat Membru.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008L0098
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|