+Artikolu 22 Bijoskart
---+Artikolu 22 1.
---+Artikolu 22 2.
---+Artikolu 22 3.
|
Artikolu 22 Bijoskart
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 22 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li sal-31 ta’ Diċembru 2023, u suġġett għall-Artikolu 10(2) u (3), il-bijoskart jiġi separat jew rriċiklat fis-sors, jew jinġabar separatament u ma jitħallatx ma’ tipi oħra ta’ skart. L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-iskart b’karatteristiċi simili ta’ bijodegradibbiltà u ta’ kompostabbiltà li huwa konformi mal-istandards Ewropej rilevanti jew kwalunkwe standard nazzjonali ekwivalenti, għall-imballaġġ irkuprabbli permezz ta’ kkompostjar u bijodegradazzjoni, jinġabar flimkien mal-bijoskart.
|
|
Artikolu 22 2.
|
L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri, kif ikun xieraq, skont l-Artikoli 4 u 13, biex:
(a)
iħeġġu r-riċiklaġġ, inkluż l-ikkompostjar, u d-diġestjoni tal-bijoskart b’mod li jissodisfa livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali u jirriżulta f’output li jissodisfa l-istandards rilevanti ta’ kwalità għolja;
(b)
jinkoraġġixxu l-ikkompostjar fid-dar; u
(c)
jippromwovu l-użu ta’ materjali, prodotti mill-bijoskart.
|
|
Artikolu 22 3.
|
Sal-31 ta’ Diċembru 2018, il-Kummissjoni għandha titlob lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni biex jiżviluppaw standards Ewropej għall-bijoskart li jidħol fil-proċessi tar-riċiklaġġ organiku, għall-kompost u għad-diġestat, abbażi tal-aħjar prattiki disponibbli.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008L0098
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|