+Artikolu 29 Programmi għall-prevenzjoni ta’ l-iskart
---+Artikolu 29 1.
---+Artikolu 29 2.
---+Artikolu 29 2a.
---+Artikolu 29 5.
|
Artikolu 29 Programmi għall-prevenzjoni ta’ l-iskart
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 29 1.
|
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu programmi ta’ prevenzjoni tal-iskart li jistipulaw għall-inqas miżuri ta’ prevenzjoni tal-iskart kif previst fl-Artikolu 9(1) skont l-Artikoli 1 u 4. Programmi bħal dawn għandhom jiġu integrati fil-pjanijiet għall-immaniġġjar tal-iskart meħtieġa skont l-Artikolu 28, jew fi programmi oħra ta’ politika ambjentali, kif xieraq, jew għandhom jiffunzjonaw bħala programmi separati. Jekk kwalunkwe tali programm ikun integrat fil-pjan għall-immaniġġjar tal-iskart jew f’dak il-programmi l-oħra, il-miżuri u l-objettivi ta’ prevenzjoni tal-iskart għandhom ikunu identifikati b’mod ċar.
|
|
Artikolu 29 2.
|
Meta jiġu stabbiliti programmi bħal dawn, l-Istati Membri għandhom, fejn rilevanti, jiddeskrivu l-kontribut tal-istrumenti u l-miżuri elenkati fl-Anness IVa għall-prevenzjoni tal-iskart u għandhom jevalwaw l-utilità tal-eżempji tal-miżuri indikati fl-Anness IV jew miżuri xierqa oħra. Il-programmi għandhom jiddeskrivu wkoll il-miżuri ta’ prevenzjoni tal-iskart eżistenti u l-kontribut tagħhom għall-prevenzjoni tal-iskart. Il-mira ta’ dawn l-objettivi u miżuri għandha tkun li tinqata’ r-rabta bejn it-tkabbir ekonomiku u l-impatti ambjentali assoċjati mal-ġenerazzjoni ta’ l-iskart.
|
|
Artikolu 29 2a.
|
L-Istati Membri għandhom jadottaw programmi speċifiċi għall-prevenzjoni tal-iskart tal-ikel li jistgħu jiġu ppreżentati bħala parti mill-programmi tagħhom għall-prevenzjoni tal-iskart.
|
|
Artikolu 29 5.
|
Il-Kummissjoni għandha toħloq sistema għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar l-aħjar prattika fir-rigward tal-prevenzjoni ta’ l-iskart u għandha tiżviluppa linji gwida sabiex tassisti lill-Istati Membri fil-tħejjija tal-Programmi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008L0098
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|