+Artikolu 35 Żamma ta’ reġistri
---+Artikolu 35 1.
---+Artikolu 35 2.
---+Artikolu 35 3.
---+Artikolu 35 4.
---+Artikolu 35 5.

Artikolu 35 Żamma ta’ reġistri

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 35 1.

L-istabbilimenti u l-intrapriżi msemmija fl-Artikolu 23(1), il-produtturi tal-iskart perikoluż, u l-istabbilimenti u l-intrapriżi li jiġbru jew iġorru l-iskart perikoluż fuq bażi professjonali, jew jaġixxu bħala negozjanti jew sensara ta’ skart perikoluż, għandhom iżommu reġistru kronoloġiku:

(a) 

tal-kwantità, in-natura u l-oriġini tal-iskart, u l-kwantità ta’ prodotti u materjali li jirriżultaw minn preparazzjoni għall-użu mill-ġdid, mir-riċiklaġġ jew minn operazzjonijiet oħra ta’ rkupru; u

(b) 

fejn rilevanti, id-destinazzjoni, il-frekwenza tal-ġbir, il-mod tat-trasport u l-metodu tat-trattament mistenni fir-rigward tal-iskart.

Għandhom jippubblikaw dik id-data għall-awtoritajiet kompetenti permezz tar-reġistru/i elettroniku/iċi li għandhom jiġi stabbiliti skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 35 2.
Fil-każ ta’ skart perikoluż, ir-reġistri għandhom jinżammu għal mill-anqas tliet snin, tali reġistri għal mill-anqas 12-il xahar.

Għandha tiġi provduta, fuq talba ta’ l-awtoritajiet kompetenti jew ta’ detentur preċedenti, prova dokumentata li l-operazzjonijiet ta’ mmaniġġar ikunu twettqu.

Artikolu 35 3.
L-Istati Membri jistgħu jitolbu wkoll lill-produtturi ta’ skart mhux perikoluż biex jikkonformaw mal-paragrafi 1 u 2.
Artikolu 35 4.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu reġistru elettroniku jew reġistri kkoordinati biex jirreġistraw data dwar l-iskart perikoluż imsemmi fil-paragrafu 1, li jkopru t-territorju ġeografiku kollu tal-Istat Membru kkonċernat. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu tali reġistri għal flussi oħra ta’ skart, b’mod partikulari għal dawk il-flussi ta’ skart li għalihom hemm miri stipulati fl-atti leġislattivi tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jużaw id-data dwar l-iskart li jirrappurtaw l-operaturi industrijali skont ir-Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 24 ).
Artikolu 35 5.
Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu kundizzjonijiet minimi għat-tħaddim ta’ dawn ir-reġistri. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 39(2).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008L0098
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.