+Artikolu 3 Reati
---+Artikolu 3 (a)
---+Artikolu 3 (b)
---+Artikolu 3 (c)
---+Artikolu 3 (d)
---+Artikolu 3 (e)
---+Artikolu 3 (f)
---+Artikolu 3 (g)
---+Artikolu 3 (h)
---+Artikolu 3 (i)

Artikolu 3 Reati

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-imġiba li ġejja tikkostitwixxi reat kriminali, meta tkun illegali u mwettqa b’mod intenzjonali jew ta’ l-anqas b’negliġenza serja:

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3 (a)

ir-rimi, l-emissjoni jew l-introduzzjoni ta’ kwantità ta’ materjali jew radjazzjoni jonizzanti fl-arja, fil-ħamrija jew fl-ilma, li jikkawżaw jew x’aktarx li jikkawżaw il-mewt jew feriment gravi lil kwalunkwe persuna jew ħsara sostanzjali lill-kwalità ta’ l-arja, il-kwalità tal-ħamrija jew il-kwalità ta’ l-ilma, jew lill-annimali jew lill-pjanti;

Artikolu 3 (b)

il-ġbir, it-trasport, l-irkupru jew ir-rimi ta’ l-iskart, inkluża s-superviżjoni ta’ operazzjonijiet bħal dawn u l-manutenzjoni ta’ wara ta’ impjanti tar-rimi ta’ l-iskart, u inkluża l-azzjoni meħuda bħala negozjant jew sensar (il-maniġġar ta’ l-iskart), li tikkaġuna jew li x’aktarx tikkaġuna l-mewt jew feriment gravi lil kwalunkwe persuna, jew ħsara sostanzjali lill-kwalità ta’ l-arja, il-kwalità tal-ħamrija jew il-kwalità ta’ l-ilma, jew lill-annimali jew lill-pjanti;

Artikolu 3 (c)

il-vjeġġi ta’ skart, fejn din l-attività taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ l-Artikolu 2(35) tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta’ skart (6) u mwettqa fi kwantità li mhix negliġibbli, kemm jekk issir fi vjeġġ uniku jew f’diversi vjeġġi li jidhru li jkunu konnessi;

Artikolu 3 (d)

it-tħaddim ta’ impjant li fih titwettaq attività perikoluża jew li fih jinħażnu jew jintużaw sustanzi jew preparazzjonijiet perikolużi u li, barra mill-impjant tikkawża jew x’aktarx li tikkawża l-mewt jew feriment gravi lil kwalunkwe persuna, jew ħsara sostanzjali lill-kwalità ta’ l-arja, il-kwalità tal-ħamrija jew il-kwalità ta’ l-ilma, jew lill-annimali jew lill-pjanti;

Artikolu 3 (e)

il-produzzjoni, l-ipproċessar, il-maniġġ, l-użu, iż-żamma, il-ħżin, it-trasport, l-importazzjoni, l-esportazzjoni jew ir-rimi ta’ materjali nukleari jew ta’ sustanzi radjoattivi oħra perikolużi, li jikkawżaw jew li x’aktarx jikkawżaw il-mewt jew feriment gravi lil kwalunkwe persuna, jew ħsara sostanzjali lill-kwalità ta’ l-arja, lill-kwalità tal-ħamrija jew il-kwalità ta’ l-ilma, jew lill-annimali jew lill-pjanti;

Artikolu 3 (f)

il-qtil, il-qerda, il-pussess jew it-teħid ta’ kampjuni ta’ speċi protetti tal-fawna jew flora selvaġġa, ħlief għal każijiet fejn l-imġiba tikkonċerna kwantità negliġibbli ta’ dawn il-kampjuni u jkollha impatt negliġibbli fuq l-istatus tal-konservazzjoni ta’ l-ispeċi;

Artikolu 3 (g)

il-kummerċ f’kampjuni ta’ speċi protetti tal-fawna jew il-flora selvaġġa jew partijiet jew derivattivi tagħhom, ħlief għal każijiet fejn l-imġiba tikkonċerna kwantità negliġibbli ta’ dawk il-kampjuni u jkollha impatt negliġibbli fuq l-istatus ta’ konservazzjoni ta’ l-ispeċi;

Artikolu 3 (h)

kwalunkwe mġiba li tikkawża d-deterjorament sinifikanti ta’ ħabitat f’sit protett;

Artikolu 3 (i)

il-produzzjoni, l-importazzjoni, l-esportazzjoni, it-tqegħid fis-suq jew l-użu ta’ sustanzi li jnaqqsu l-ożonu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 06.12.2008 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008L0099
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.