+Artikolu 4 Żoni ta’ taħlit
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
|
Artikolu 4 Żoni ta’ taħlit
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 4 1.
|
L-Istati Membri jistgħu jaħtru żoni ta’ taħlit ħdejn il-punti ta’ rilaxx. Il-konċentrazzjonijiet ta’ kontaminant wieħed jew aktar mis-sustanzi elenkati fil-Parti A tal-Anness I jistgħu jeċċedu l-EQS rilevanti f'dawn iż-żoni ta’ taħlit jekk huma ma jaffettwawx il-konformità tal-kumplament tal-massa ta’ ilma tal-wiċċ ma’ dawk l-istandards.
|
|
Artikolu 4 2.
|
L-Istati Membri li jaħtru żoni ta’ taħlit għandhom jinkludu fil-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-baċin ta’ xmara magħmula skond l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/60/KE deskrizzjoni ta’:
(a)
l-approċċi u l-metodoloġiji applikati biex jiġu definiti żoni bħal dawn; u
(b)
miżuri meħuda bil-għan li titnaqqas il-firxa taż-żoni tat-taħlit fil-futur, bħal dawk skond l-Artikolu 11(3)(k) tad-Direttiva 2000/60/KE jew permezz ta’ reviżjoni tal-permessi msemmija fid-Direttiva 2008/1/KE jew ta’ regolamenti preċedenti msemmija fl-Artikolu 11(3)(g) tad-Direttiva 2000/60/KE.
|
|
Artikolu 4 3.
|
L-Istati Membri li jinnominaw żoni ta’ taħlit għandhom jiżguraw li l-firxa ta’ kwalunkwe żona tali hija:
(a)
ristretta għall-viċinanza tal-punt ta’ rilaxx;
(b)
proporzjonata, b'konsiderazzjoni tal-konċentrazzjonijiet ta’ kontaminanti fil-punt ta’ rilaxx u tal-kondizzjonijiet dwar emissjonijiet ta’ kontaminanti li jinsabu fir-regolamenti ta’ qabel, bħal awtorizzazzjonijiet u/jew permessi, imsemmijin fl-Artikolu 11(3)(g) tad-Direttiva 2000/60/KE u kwalunkwe liġi Komunitarja rilevanti oħra, skond l-applikazzjoni tal-aħjar tekniki disponibbli u l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2000/60/KE, partikolarment wara li dawk ir-regolamenti ta’ qabel jiġu riveduti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008L0105
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|