Kull Stat Membru għandu jfassal, japplika u jżomm programm ta’ sigurtà ta’ l-ajruporti.
Dak il-programm għandu jiddeskrivi l-metodi u l-proċeduri li għandu jsegwi operatur ta’ ajruport sabiex jaderixxi kemm ma’ dan ir-Regolament kif ukoll mal-programm nazzjonali ta’ sigurtà ta’ l-avjazzjoni ċivili ta’ l-Istat Membru li fih jinsab l-ajruport.
Il-programm għandu jinkludi dispożizzjonijiet interni ta’ kontroll tal-kwalità li jiddeskrivu kif l-aderenza ma’ dawn il-metodi u l-proċeduri għandha tiġi mmonitorjata mill-operatur ta’ l-ajruport.