2. Fejn ċirkostanzi barra l-kontroll tal-persuna responsabbli mill-operazzjonijiet tal-bastiment ikunu jeħtieġu bidla fil-pjani ppreżentati, il-persuna responsabbli mill-operazzjonijiet tal-bastiment għandha tgħarraf lill-awtoritajiet kompetenti bla dewmien, u tindika l-modifiki li bi ħsiebha tagħmel fil-pjan oriġinali. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżaminaw dawn il-modifiki u ma għandhomx jawtorizzawhom jekk jimplikaw rilokazzjoni ta’ l-attivitajiet lejn żoni fejn jinsabu jew x’aktarx jinsabu ekosistemi vulnerabbli marini.