1. Abbażi ta’ l-aqwa informazzjoni xjentifika disponibbli dwar l-okkorrenza jew dwar il-probabbiltà ta’ l-okkorrenza ta’ ekosistemi marini vulnerabbli fir-reġjun ta’ l-operazzjonijiet tal-bastimenti tas-sajd tagħhom, l-Istati Membri għandhom jidentifikaw iż-żoni li għandhom jingħalqu għas-sajd bl-irkaptu tal-qiegħ. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw dan l-għeluq mingħajr dewmien fir-rigward tal-bastimenti tagħhom u jgħarrfu immedjatament lill-Kummissjoni dwar dan l-għeluq. Il-Kummissjoni għandha tiċċirkola n-notifika lill-Istati Membri kollha mingħajr dewmien.