+Artikolu 19 2.

Artikolu 19 2.

Stat Membru, wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati inkluż it-trasportaturi ta' l-ajru u l-ajruporti konċernati, jista’ jirregola mingħajr dikriminazzjoni fost destinazzjonijiet fil-Komunità jew għal raġunijet ta' nazzjonalità jew ta' l-identità tat-trasportaturi ta' l-ajru, id-distribuzzjoni tat-traffiku ta' l-ajru bejn ajruporti li jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-ajruporti jkunu jaqdu l-istess belt jew konurbazzjoni;

(b) 

l-ajruporti jkunu moqdija minn infrastruttura adegwata tat-trasport li tipprovdi, sa fejn ikun possibbli, konnessjoni diretta li tagħmilha possibbli li tasal l-ajruport fi żmien disgħin minuta anke, fejn ikun meħtieġ, fuq bażi transkonfinali;

(ċ) 

l-ajruporti jkunu kollegati ma' xulxin u mal-belt jew konurbazzjoni li jkunu jaqdu b'servizzi tat-trasport pubbliku li jkun frekwenti, affidabbli u effiċjenti; u

(d) 

l-ajruporti joffru servizzi meħtieġa lit-trasportaturi ta' l-ajru, u ma jippreġudikawx indebitament l-opportunitajiet kummerċjali tagħhom.

Kull deċiżjoni meħuda sabiex tirregola d-distribuzzjoni tat-traffiku ta' l-ajru bejn l-ajruporti konċernati għandha tirrispetta l-prinċipji tal-proporzjonalità u tat-trasparenza, u għandha tiġi bbażata fuq kriteji oġġettivi.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.12.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008R1008
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.