+Artikolu 21a Miżuri ta’ emerġenza marbuta mal-pandemija tal-COVID-19
---+Artikolu 21a 1.
---+Artikolu 21a 2.
---+Artikolu 21a 3.
---+Artikolu 21a 4.
---+Artikolu 21a 5.
---+Artikolu 21a 6.
|
Artikolu 21a Miżuri ta’ emerġenza marbuta mal-pandemija tal-COVID-19
Miżuri ta’ emerġenza marbuta mal-pandemija tal-COVID-19
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 21a 1.
|
Minkejja l-Artikolu 21, għall-perijodu mill-1 ta’ Marzu 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020, l-Istati Membri jistgħu, mingħajr il-ftehim tal-Kummissjoni msemmi fl-Artikolu 21(1), jirrifjutaw, jillimitaw jew jimponu kundizzjonijiet fuq l-eżerċizzju tad-drittijiet tat-traffiku jekk din l-azzjoni tkun meħtieġa sabiex tiġi indirizzata l-pandemija tal-COVID-19. Tali azzjoni għandha tirrispetta l-prinċipji tal-proporzjonalità u tat-trasparenza u għandha tiġi bbażata fuq kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji.
|
|
Artikolu 21a 2.
|
L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra mingħajr dewmien bit-tali azzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1 u dwar id-durata tagħha, u għandu jipprovdilhom raġunijiet adegwati li jiġġustifikaw il-ħtieġa għal dik l-azzjoni. Jekk l-Istat Membru jimmodifika, jissospendi jew jirtira t-tali azzjoni wara li dan ir-Regolament ikun daħal fis-seħħ, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra kif xieraq.
|
|
Artikolu 21a 3.
|
Il-Kummissjoni tista’, fuq talba ta’ kwalunkwe Stat Membru jew Stati involuti, jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, tissospendi l-azzjoni msemmija fil-paragrafu 2 jekk din ma tkunx tissodisfa r-rekwiżiti msemmijin fil-paragrafu 1 jew tkun b’xi mod ieħor kuntrarja għad-dritt tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 21a 4.
|
Meta, abbażi tal-aħjar għarfien, evidenza u data xjentifiċi, bħad-data miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, il-Kummissjoni ssib evidenza u data li jikkonfermaw il-persistenza tal-pandemija tal-COVID-19, li r-rifjuti, il-limitazzjonijiet jew l-impożizzjonijiet ta’ kundizzjonijiet fuq l-eżerċizzju tad-drittijiet tat-traffiku mill-Istati Membri x’aktarx ikunu meħtieġa lil hinn mill-perijodu msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 25a sabiex temenda dan ir-Regolament billi testendi dak il-perijodu kif xieraq.
|
|
Artikolu 21a 5.
|
Il-Kummissjoni għandha timmonitorja kontinwament is-sitwazzjoni bl-użu tal-kriterji msemmijin fil-paragrafu 4. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport ta’ sinteżi dwar din il-kwistjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-15 ta’ Novembru 2020. Fejn ikun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tadotta l-att delegat imsemmi fil-paragrafu 4 malajr kemm jista’ jkun.
|
|
Artikolu 21a 6.
|
Meta, fil-każ ta’ impatt fit-tul tal-pandemija tal-COVID-19 fuq is-settur tat-trasport tal-ajru fl-Unjoni, ikun hemm raġunijiet imperattivi ta’ urġenza li jkunu jirrikjedu dan, il-proċedura prevista fl-Artikolu 25b għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.12.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008R1008
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|