+Artikolu 24a
---+Artikolu 24a 1.
---+Artikolu 24a 2.
---+Artikolu 24a 3.
---+Artikolu 24a 4.
---+Artikolu 24a 5.
|
Artikolu 24a
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 24a 1.
|
Permezz ta’ deroga mill-punt (d) tal-Artikolu 11(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE (
2
)„ il-kuntratti tal-fornituri tas-servizzi tal-groundhandling magħżula abbażi tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11(1) ta’ dik id-Direttiva li jiskadu fil-perijodu mit-28 ta’ Mejju 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2021 jew l-awtorizzazzjonijiet mogħtija lilhom jistgħu jiġu estiżi sal-31 ta’ Diċembru 2022.
|
|
Artikolu 24a 2.
|
Permezz ta’ deroga mill-punt (e) tal-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 96/67/KE, għall-perjodu mill-1 ta’ Marzu 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2021, meta fornitur tas-servizzi ta’ groundhandling iwaqqaf l-attività tiegħu qabel tmiem il-perjodu li għalih ikun intgħażel, il-korp ta’ amministrazzjoni tal-ajruport jew l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, tista’ tagħżel fornitur tas-servizzi ta’ groundhandling direttament biex jipprovdi s-servizzi għal perjodu massimu ta’ sitt xhur jew għal perjodu sal-31 ta’ Diċembru 2021, skont liema jkun l-itwal.
|
|
Artikolu 24a 3.
|
Meta l-Kummissjoni tara, abbażi tad-data ppubblikata mill-Eurocontrol, li t-tnaqqis fil-livell tat-traffiku tal-ajru, meta mqabbel mal-livell fil-perijodu korrispondenti fl-2019, qed jippersisti u x’aktarx ikun ser ikompli jippersisti, li din is-sitwazzjoni hija r-riżultat tal-impatt tal-pandemija tal-COVID-19, u li tirriżulta fl-interruzzjoni tal-forniment tas-servizzi tal-groundhandling jew f’diffikultajiet fl-aċċess għal finanzjament għall-fornituri tas-servizzi tal-groundhandling fl-ajruporti tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 25a biex temenda dan ir-Regolament billi testendi l-perijodi msemmijin fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu kif xieraq.
|
|
Artikolu 24a 4.
|
Il-Kummissjoni għandha timmonitorja kontinwament is-sitwazzjoni bl-użu tal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 3. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli għaliha, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport ta’ sinteżi dwar din il-kwistjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-15 ta’ Novembru 2020. Meta jkun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tadotta l-att delegat previst fil-paragrafu 3 malajr kemm jista’ jkun.
|
|
Artikolu 24a 5.
|
Meta, fil-każ ta’ impatt fit-tul tal-pandemija tal-COVID-19 fuq is-settur tat-trasport tal-ajru fl-Unjoni, ikun hemm raġunijiet imperattivi ta’ urġenza li jkunu jirrikjedu dan, il-proċedura prevista fl-Artikolu 25b għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.12.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008R1008
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|