|
+Artikolu 2 |
Artikolu 2Artikolu 2 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a)
“statistika Komunitarja” tfisser l-istatistiċi tal-Komunità kif definiti fl-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 322/97;
(b)
“produzzjoni ta' l-istatistika” tfisser il-produzzjoni ta' statistiċi kif definita fit-tieni inċiż ta' l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 322/97;
(ċ)
“il-Kummissjoni (l-Eurostat)” tfisser l-awtorità tal-Komunità kif definita fir-raba' inċiż ta' l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 322/97;
(d)
“prodotti ta' l-enerġija” tfisser il-kombustibbli, is-sħana, l-enerġija rinnovabbli, l-elettriku, jew kwalunkwe forma oħra ta' enerġija;
(e)
“aggregati” tfisser data li ġiet aggregata fil-livell nazzjonali dwar it-trattament jew l-użu ta' prodotti ta' l-enerġija, jiġifieri l-produzzjoni, il-kummerċ, l-istokks, it-trasformazzjoni, il-konsum u l-karatteristiċi strutturali tas-sistema ta' l-enerġija bħal kapaċitajiet installati għall-ġenerazzjoni ta' l-elettriku jew il-kapaċitajiet tal-produzzjoni għall-prodotti taż-żejt;
(f)
“kwalità tad-data” tfisser l-aspetti segwenti tal-kwalità statistika: ir-rilevanza, il-preċiżjoni, it-tempestività u l-puntwalità, l-aċċessibbiltà u ċ-ċarezza, il-komparabbiltà, il-koerenza u l-kompletezza. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|