|
+Artikolu 3 1. |
Artikolu 3 1.Waqt li japplikaw il-prinċipji taż-żamma ta' tnaqqis tal-piż fuq dawk li jwieġbu u tas-simplifikazzjoni amministrattiva, l-Istati Membri għandhom jikkompilaw id-data li tikkonċerna l-prodotti ta' l-enerġija u l-aggregati tagħhom fil-Komunità mis-sorsi li ġejjin:
(a)
surveys statistiċi speċifiċi indirizzati lill-produtturi u kummerċjanti, lid-distributuri u trasportaturi ta' l-enerġija primarja u ta' l-enerġija trasformata, lill-importaturi u esportaturi tal-prodott ta' l-enerġija;
(b)
surveys statistiċi oħra indirizzati lill-utenti ta' l-enerġija finali fis-setturi ta' l-industrija tal-manifattura, tat-trasport, u f'setturi oħra li jinkludu d-djar;
(ċ)
proċeduri ta' stima statistika oħra jew sorsi oħra, inklużi sorsi amministrattivi, bħal regolaturi tas-swieq ta' l-elettriku u tal-gass. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|