+Artikolu 10 Differenzjazzjoni ta’ servizzi
---+Artikolu 10 1.
---+Artikolu 10 2.
|
Artikolu 10 Differenzjazzjoni ta’ servizzi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 10 1.
|
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jippermettu lill-korp tat-tmexxija ta’ ajruport li jvarja l-kwalità u l-ambitu ta’ servizzi partikolari tal-ajruport, ta’ terminals partikolari jew ta’ partijiet partikolari mit-terminals, bil-għan li jipprovdu servizzi speċjalizzati jew terminal dedikat jew parti minn terminal dedikata. Il-livell ta’ imposti tal-ajruport jista’ jiġi differenzjat abbażi tal-kwalità u l-ambitu ta’ tali servizzi u abbażi tal-ispejjeż għalihom jew kwalunkwe ġustifikazzjoni oġġettiva u trasparenti oħra. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3, il-korpi ta’ tmexxija tal-ajruporti għandhom jibqgħu liberi li jistabbilixxu kwalunkwe imposta differenzjata bħal dawn.
|
|
Artikolu 10 2.
|
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jippermettu lil kwalunkwe utent tal-ajruport li jkun jixtieq jagħmel użu mis-servizzi speċjalizzati jew mit-terminal dedikat jew minn parti dedikata minn terminal, li jkollu aċċess għal dawn is-servizzi u t-terminal jew għal parti minn terminal. Fil-każ li jkun hemm aktar utenti tal-ajruport li jixtiequ li jkollhom aċċess għas-servizzi speċjalizzati u/jew għat-terminal dedikat jew parti dedikata ta’ terminal milli jkun possibbli minħabba restrizzjonijiet ta’ kapaċità, l-aċċess għandu jkun determinat abbażi ta’ kriterji rilevanti, oġġettivi, trasparenti u non-diskriminatorji. Dawn il-kriterji jistgħu jiġu stabbiliti mill-korp ta’ tmexxija ta’ ajruport u l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li dawn il-kriterji jiġu approvati mill-awtorità ta’ superviżjoni indipendenti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0012
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|