+Preamble: 1

Preamble: 1

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 80(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

Wieħed mill-elementi tal-politika Komunitarja dwar it-trasport marittimu hu li tittejjeb il-kwalità tat-trasport merkantili billi ġġiegħel lill-operaturi ekonomiċi kollha jaġixxu b'mod aktar responsabbli.

(2)

Diġà ġew adottati miżuri disważivi skont id-Direttiva 2005/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar it-tniġġis ikkawżat minn vapuri u dwar l-introduzzjoni ta’ penali għal ksur (4).

(3)

Fid-9 ta' Ottubru 2008, l-Istati Membri addottaw dikjarazzjoni li fiha huma rrikonoxxew unanimament l-importanza tal-applikazzjoni tal-Protokoll tal-1996 għall-Konvenzjoni tal-1976 dwar il-Limiti ta' Responsabbiltà għall-Pretensjonijiet Marittimi mill-Istati Membri kollha.

(4)

L-obbligu li jkun hemm assigurazzjoni għandu jippermetti li tiġi żgurata protezzjoni aħjar għall-vittmi. Dan għandu jgħin ukoll biex jiġu eliminati vapuri substandard u jippermetti li terġa’ tiġi stabbilita l-kompetizzjoni bejn l-operaturi. Barra minn hekk, fir-Riżoluzzjoni A898(21), l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali stiednet lill-Istati biex iħeġġu lis-sidien ta' vapuri biex ikunu assigurati sew.

(5)

In-nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandu jiġi rettifikat. Id-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-Kontroll mill-Istat tal-Port (tfassil mill-ġdid) (5) diġà tipprovdi għad-detenzjoni tal-vapuri fil-każ ta' nuqqas ta' ċertifikati li għandhom jinġarru abbord. Madankollu, huwa xieraq li tiġi provduta l-possibbiltà ta' espulsjoni ta' vapur li ma jġorrx ċertifikat ta' assigurazzjoni. Il-modalitajiet tal-espulsjoni għandhom jippermettu li s-sitwazzjoni tiġi rettifikata f'perijodu ta' żmien raġonevoli.

(6)

Ladarba l-għanijiet ta' din id-Direttiva, jiġifieri l-introduzzjoni u l-implimentazzjoni ta’ miżuri xierqa fil-qasam tal-politika tat-trasport marittimu, ma jistgħux jinksibu b'mod sodisfaċenti mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom jinkisbu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tistà tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal- proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Magħmul fi Strażburgu, 23 ta’ April 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

P. NEČAS

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 28.05.2009 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0020
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.