2. Jekk iċ-ċertifikat msemmi fl-Artikolu 6 ma jinġarrx abbord, u mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2008/16/KE li tipprevedi għad-detenzjoni tal-vapuri meta jkun hemm kwistjonijiet ta' sigurtà, l-awtorità kompetenti tista' toħroġ ordni ta' espulsjoni għall-vapur li għandha tiġi nnotifikata lill-Istati Membri l-oħra, lill-Kummissjoni u lill-Istat tal-bandiera kkonċernat. Bħala riżultat tal-ħruġ ta' tali ordni ta' espulsjoni, kull Stat Membru għandu jirrifjuta d-dħul ta' dan il-vapur fi kwalunkwe wieħed mill-portijiet tiegħu sakemm is-sid tal-vapur jipprovdi ċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 6.