Artikolu 7
Stat Membru ma għandux għalfejn jippermetti l-formazzjoni ta’ kumpanniji b’membru wieħed meta l-legiżlazzjoni tiegħu tipprovdi illi imprenditur individwali jista’ jistabbilixxi impriża li r-responsabbiltà tagħha tkun limitata għal somma ddedikata għall-attività dikjarata, bil-kondizzjoni li jiġu stabbiliti salvagwardji għal dawn l-impriżi li jkunu ekwivalenti għal dawk imposti minn din id-Direttiva jew minn kull dispożizzjoni tal-Komunità li tapplika għall-kumpanniji msemmija fl-Artikolu 1.