+Artikolu 21 Rappreżentanti għal talbiet
---+Artikolu 21 1.
---+Artikolu 21 2.
---+Artikolu 21 3.
---+Artikolu 21 4.
---+Artikolu 21 5.
---+Artikolu 21 6.

Artikolu 21 Rappreżentanti għal talbiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 21 1.
Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jassigura li l-impriżi kollha ta’ assigurazzjoni li jkopru r-riskji kklassifikati fil-klassi 10 tal-punt A tal-Anness tad-Direttiva 73/239/KEE, minbarra r-responsabbiltà ċivili ta’ trasportaturi, jaħtru rappreżentanti responsabbli għall-ħlas tal-pretensjonijiet f’kull Stat Membru li ma jkunx dak li fih ikunu rċevew l-awtorizzazzjoni uffiċjali tagħhom.

Ir-rappreżentant tat-talbiet għandu jkun responsabbli għall-amministrazzjoni u l-pagament tal-pretensjonijiet li joriġinaw minn inċident fil-każi li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 20(1).

Ir-rappreżentant tal-pretensjonijiet għandu jkun residenti jew stabbilit fl-Istat Membru ta’ fejn hu jkun maħtur.

Artikolu 21 2.
L-għażla ta’ rappreżentant tagħha għall-pretensjonijiet għandha tkun fid-diskrezzjoni tal-impriża ta’ assigurazzjoni.

L-Istati Membri jistgħu ma jirrestrinġux din il-liberta’ tal-għażla.

Artikolu 21 3.
Ir-rappreżentant għall-pretensjonijiet jista’ jaħdem għal impriża ta’ assigurazzjoni waħda jew aktar.
Artikolu 21 4.
Ir-rappreżentant għall-pretensjonijiet għandu, fir-rigward ta’ dawn il-pretensjonijiet, jiġbor l-informazzjoni kollha meħtieġa b’konnessjoni mal-pagament tal-pretensjonijiet u għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jinnegozja l-pagament tal-pretensjonijiet.

Il-ħtieġa li jkun maħtur rappreżentant għall-pretensjonijiet m’għandhiex tippreġudika d-dritt tal-parti li tkun sofriet ħsara jew tal-impriża tagħha ta’ assigurazzjoni li tibda proċeduri diretti kontra l-persuna li tkun ikkawżat l-inċident jew l-impriża tal-assigurazzjoni tagħha.

Artikolu 21 5.
Rappreżentanti għall-pretensjonijiet għandu jkollhom poteri biżżejjed biex jirrappreżentaw l-impriża ta’ assigurazzjoni fir-rigward ta’ partijiet li jkunu sofrew ħsara fil-każi li jirreferi għalihom l-Artikolu 20(1) u li jissodisfaw għal kollox it-talbiet tagħhom għal kumpens.

Għandhom ikunu kapaċi li jeżaminaw każi fl-islien jew l-ilsna uffiċjali tal-Istat Membru tar-residenza tal-parti li tkun sofriet ħsara.

Artikolu 21 6.
Il-ħatra ta’ rappreżentant għall-pretensjonijiet ma’ għandhiex fiha nnifisha tikkostitwixxi l-ftuħ ta’ fergħa fis-sens tat-tifsira tal-Artikolu 1(b) tad-Direttiva 92/49/KEE u r-rappreżentant għall-pretensjonijiet ma’ għandux jitqies bħala stabbiliment fis-sens tat-tifsira tal-Artikolu 2(c) tad-Direttiva 88/357/KEE jew bħala stabbiliment fis-sens tat-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 44/2001.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 23.12.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0103
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.