|
+Artikolu 22 Proċedura għall-kumpens |
Artikolu 22 Proċedura għall-kumpensArtikolu 22 Proċedura għall-kumpens L-Istati Membri għandhom joħolqu obbligu, sostenut b’pieni finanzjarji effettivi u sistematiċi xierqa jew amministrattivi ekwivalenti, sabiex, fi żmien tliet xhur mid-data ta’ meta l-parti li tkun sofriet ħsara tkun ippreżentat il-pretensjoni tagħha għal kumpens jew direttament jew lill-impriża ta’ assigurazzjoni tal-persuna li tkun ikkawżat l-inċident jew lir-rappreżentant għall-pretensjonijiet tagħha,
(a)
l-impriża ta’ assigurazzjoni tal-persuna li tkun ikkawżat l-inċident jew ir-rappreżentant għall-pretensjonijiet tagħha jkunu meħtieġa jagħmlu offerta għal kumpens raġunat f’każi meta r-responsabbiltà ma tkunx ikkontestata u l-ħsarat ikunu ġew ikkwantifikati; jew
(b)
l-impriża ta’ assigurazzjoni li lilha tkun ġiet indirizzata t-talba għal kumpens jew ir-rappreżentant għall-pretensjonijiet tagħha jkunu meħtieġa jipprovdu tweġiba raġunata għal punti magħmula fit-talba f’każi meta r-responsabbiltà tkun miċħuda jew ma tkunx ġiet determinata b’mod ċar jew il-ħsarat ma jkunux ġew ikkwantifikati kompletament. L-Istati Membri għandhom jadottaw dispożizzjonijiet biex jassiguraw li, meta l-offerta ma tkunx saret fil-limitu ta’ żmien ta’ tliet xhur, għandu jkun pagabbli imgħax fuq l-ammont ta’ kumpens li toffri l-impriża ta’ assigurazzjoni jew li jingħata mill-qorti lill-parti li tkun sofriet ħsara. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|