|
+Artikolu 28c 2. |
Artikolu 28c 2.Mhux aktar tard mill-24 ta’ Diċembru 2030, il-Kummissjoni għandha tressaq rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew li jevalwa l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, bl-eċċezzjoni tal-elementi li huma kkonċernati bl-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, inkluż fir-rigward ta’:
(a)
l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva fir-rigward tal-iżviluppi teknoloġiċi, b’mod partikolari fir-rigward tal-vetturi awtonomi u semiawtonomi;
(b)
l-adegwatezza tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, meta jitqiesu r-riskji ta’ inċidenti minn vetturi bil-mutur differenti;
(c)
l-effikaċja ta’ sistemi ta’ skambju ta’ informazzjoni għall-finijiet ta’ spezzjonijiet fuq l-assigurazzjoni f’sitwazzjonijiet transfruntieri, li tkun fil-forma ta’ rieżami, inkluża, jekk tkun meħtieġa, valutazzjoni, għal tali każijiet, tal-fattibbiltà tal-użu ta’ sistemi eżistenti ta’ skambju ta’ informazzjoni, u fi kwalunkwe każ, analiżi tal-objettivi tas-sistemi ta’ skambju ta’ informazzjoni u valutazzjoni tal-ispejjeż tagħhom; u
(d)
l-użu minn impriżi tal-assigurazzjoni ta’ sistemi li fihom il-primjums huma influwenzati mid-dikjarazzjonijiet ta’ pretensjonijiet preċedenti tad-detenturi tal-poloz, fost l-oħrajn sistemi ta’ bonus-malus jew “bonus fin-nuqqas ta’ pretensjonijiet”. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, meta jkun xieraq, bi proposta leġiżlattiva. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|