|
+ANNESS II |
ANNESS IIANNESS II METODU GĦALL-KALKOLU TAL-EKWIVALENTI F’ŻEJT MHUX MAĦDUM TAL-KONSUM INTERN Għall-fini tal-Artikolu 3, l-ekwivalenti f’żejt mhux maħdum tal-konsum intern għandu jiġi kkalkolat bl-użu tal-metodu li ġej: Il-konsum intern huwa t-total tal-“konsenji grossi osservati interni” aggregati, kif definit fit-Taqsima 3.2.2.11 tal-Anness C tar-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-prodotti li ġejjin biss: petrol għall-magni, petrol għall-avjazzjoni, fjuwil għall-ġettijiet tat-tip petrol (karburant għall-ġettijiet tat-tip nafta jew JP4), fjuwil għall-ġettijiet tat-tip pitrolju, pitrolju ieħor, żejt tal-gass/tad-diżil (żejt tal-fjuwil distillat) u żejt tal-fjuwil (b'kontenut għoli ta' kubrit u b'kontenut baxx ta' kubrit) kif definit fil-Kapitolu 3.4 tal-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 1099/2008. L-imħażen marittimi internazzjonali mhumiex inklużi fil-kalkolu. L-ekwivalenti f’żejt mhux maħdum tal-konsum intern huwa kkalkolat b’multiplikazzjoni b’fattur ta’ 1,2. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|