+Artikolu 8 2.

Artikolu 8 2.

Il-proċeduri tal-istima ta’ konformità għandhom jiġu speċifikati mill-miżuri implimentattivi u jħallu lill-fabbrikanti l-għażla bejn il-kontroll tad-disinn intern stabbilit fl-Anness IV ta’ din id-Direttiva u s-sistema ta’ ġestjoni stabbilita fl-Anness V ta’ din id-Direttiva. Meta din tkun ġustifikata kif dovut u proporzjonata għar-riskju, il-proċedura ta’ valutazzjoni ta’ konformità għandha tiġi speċifikata fost il-moduli relevanti kif deskritt fl-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE.

Fejn Stat Membru jkollu indikazzjonijiet qawwija li prodott probabbilment ma jkunx konformi, dan għandu jippubblika mill-iktar fis possibbli evalwazzjoni sostanzjata tal-konformità tal-prodott li tista’ ssir minn korp kompetenti sabiex ikun possibbli, fejn ikun il-każ, li tittieħed azzjoni korrettiva f’waqtha.

Jekk prodott li jkun kopert minn miżuri implimentattivi jkun iddisinjat minn organizzazzjoni li tkun reġistrata skont ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2001 li jippermetti l-parteċipazzjoni volontarja minn organizzazzjonijiet fl-iskema Komunitarja għall-immaniġġar tal-ambjent u verifika (EMAS) ( 24 ) u l-funzjoni tad-disinn tkun inkluża fl-ambitu ta’ dik ir-reġistrazzjoni, is-sistema ta’ tmexxija ta’ dik l-organizzazzjoni għandha tiġi preżunta bħala li tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Anness V ta’ din id-Direttiva.

Jekk prodott kopert minn miżuri implimentattivi jkun iddisinnjat minn organizzazzjoni li jkollha sistema ta’ tmexxija li tkun tinkludi l-funzjoni tad-disinn tal-prodott u li tkun implimentata skont l-istandards armonizzati li n-numri ta’ referenza huma ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, dik is-sistema ta’ ġestjoni għandha tiġi preżunta bħala li tikkonforma mar-rekwiżiti korrispondenti tal-Anness V.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.12.2012 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0125
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.