|
+Artikolu 16 2. |
Artikolu 16 2.Madanakollu, matul il-perjodu transitorju, waqt li l-ewwel pjan ta’ ħidma msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jkun qiegħed jiġi stabbilit, skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 15 u wara konsultazzjoni mal-Forum Konsultattiv, il-Kummissjoni għandha tintroduċi kif xieraq bil-quddiem:
(a)
miżuri implimentattivi li jibdew b’dawk il-prodotti li ġew identifikati mill-ECCP bħala li joffru potenzjal għoli għal tnaqqis effettiv meta mqabbel man-nefqa fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, bħal tagħmir li jsaħħan u dak li jsaħħan l-ilma, sistemi ta’ muturi tal-elettriku, dawl kemm fis-settur domestiku kif ukoll fis-settur terzjarju, appliances domestiċi, tagħmir tal-uffiċċju fis-settur domestiku kif ukoll fis-settur terzjarju, apparat elettroniku għall-konsumatur u sistemi ta’ HVAC (tisħin ventilazzjoni u arja kkondizzjonata); u
(b)
miżura implimentattiva separata li tnaqqas it-telf minn prodotti li jkunu stand-by fil-każ ta’ grupp ta’ prodotti. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissuplimentawha, għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 19(3). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|