+ANNESS I REGOLI APPLIKABBLI GĦALL-VIŻWALI EWLENIN

ANNESS I REGOLI APPLIKABBLI GĦALL-VIŻWALI EWLENIN




ANNESS I

REGOLI APPLIKABBLI GĦALL-VIŻWALI EWLENIN

1.

Meta l-prezzijiet jintwerew fil-viżwal ewlieni, u/jew meta tintgħażel ordni ibbażata fuq il-prezzijiet, il-prezzijiet għandhom jinkludu n-nollijiet kollha u t-taxxi, l-ħlasijiet, il-ħlasijiet addizzjonali u t-tariffi kollha applikabbli li għandhom jitħallsu lit-trasportatur bl-ajru jew lill-operatur tat-trasport ferrovjarju, u li ma jistgħux jiġu evitati u li jkunu prevedibbli f’dak il-mument li jidhru fuq il-viżwal.

2.

M’għandha ssir l-ebda diskriminazzjoni abbażi ta’ l-ajruporti jew stazzjonijiet ferrovjarji li jservu l-istess belt meta jiġu stabbiliti u magħżula l-prodotti tat-trasport bejn żewġt ibliet partikolari biex jidħlu f’viżwal ewlieni.

3.

Titjiriet li ma jkunux servizzi a’ l-ajru skedati tgħandhom ikunu identifikabbli b’mod ċar. Konsumatur għandu jkun intitolat li, fuq talba, ikollu viżwal ewlieni limitat għal servizzi skedati jew mhux skedati biss.

4.

It-titjiriet li jkun fihom waqfiet matul il-vjaġġ għandhom ikunu identifikabbli b’mod ċar.

5.

Meta t-titjiriet jiġu operati minn trasportatur bl-ajru li ma jkunx it-trasportatur bl-ajru identifikat mill-kodiċi nominattiv tat-trasportaturi, l-operatur reali tat-titjira għandu jkun identifikat b’mod ċar. Dan ir-rikwiżit għandu jgħodd fil-każijiet kollha, minbarra f’arranġamenti ad hoc għal żmien qasir.

6.

Tagħrif dwar prodotti miġbura m’għandux jidher fil-viżwal ewlieni.

7.

Fuq l-għażla ta’ l-abbonat, għażliet ta’ vjaġġar fil-viżwal ewlieni għandhom ikunu klassifikati skont in-nollijiet jew fl-ordni li ġejja:

(i) 

għażliet ta’ vjaġġar bla waqfien skond il-ħin tat-tluq;

(ii) 

l-għażliet ta’ vjaġġar l-oħra kollha skond it-tul ta’ ħin totali tal-vjaġġ.

8.

Ħlief kif stipulat fil-punt 10, l-ebda għażla ta’ vjaġġar ma tista’ tidher aktar minn darba fi kwalunkwe viżwal ewlieni.

9.

Meta għażliet ta’ vjaġġar huma klassifikati b’konformità mal-punt 7(i) u (ii), u meta servizzi diretti tal-ferrovija bejn l-istess żewġt ibliet ikunu offruti fis-CRS, ta’ l-anqas is-servizz tal-ferrovija jew is-servizz tal-ajru u tal-ferrovija flimkien li jkun ikklassifikat l-aħjar għandu jidher fl-ewwel skrin tal-viżwal ewlieni.

10.

Meta żewġ trasportaturi bl-ajru joperaw taħt arranġamenti ta’ kondiviżjoni ta’ kodiċi, kull wieħed mit-trasportaturi bl-ajru kkonċernat — mhux aktar minn tnejn — għandu jitħalla jkollu viżwal separat li juża l-kodiċi nominattiv tat-trasportatur tiegħu. Meta aktar minn żewġ trasportaturi jkunu involuti, l-għażla taż-żewġ trasportaturi għandha tkun tat-trasportatur li jkun qiegħed fil-fatt jopera t-titjira.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 19.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009R0080
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.