+Artikolu 10a
---+Artikolu 10a 1.
---+Artikolu 10a 2.
---+Artikolu 10a 3.
---+Artikolu 10a 4.
---+Artikolu 10a 5.
|
Artikolu 10a
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 10a 1.
|
Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima (il-“Bord Konsultattiv”) huwa b’dan stabbilit.
|
|
Artikolu 10a 2.
|
Il-Bord Konsultattiv għandu jkun magħmul minn 15-il espert xjentifiku ta’ livell għoli li jkopru firxa wiesgħa ta’ dixxiplini rilevanti. Il-membri tal-Bord Konsultattiv għandhom jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 3. Ma għandux ikun hemm aktar minn żewġ membri tal-Bord Konsultattiv li jkollhom in-nazzjonalità tal-istess Stat Membru. Ma għandu jkun hemm l-ebda dubju dwar l-indipendenza tal-membri tal-Bord Konsultattiv.
|
|
Artikolu 10a 3.
|
Il-Bord tat-Tmexxija għandu jaħtar il-membri tal-Bord Konsultattiv għal terminu ta’ erba’ snin, li għandu jkun jista’ jiġġedded darba, wara proċedura ta’ selezzjoni miftuħa, ekwa u trasparenti. Fl-għażla tiegħu tal-membri tal-Bord Konsultattiv, il-Bord tat-Tmexxija għandu jfittex li jiżgura għarfien espert dixxiplinari u settorjali varjat, kif ukoll bilanċ bejn il-ġeneri u ġeografiku. L-għażla għandha tkun ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin:
(b)
esperjenza fit-twettiq ta’ valutazzjonijiet xjentifiċi u fl-għoti ta’ pariri xjentifiċi fl-oqsma tal-għarfien espert;
(c)
għarfien espert wiesa’ fil-qasam tax-xjenzi klimatiċi u ambjentali jew f’oqsma xjentifiċi oħra rilevanti biex jintlaħqu l-objettivi klimatiċi tal-Unjoni;
(d)
esperjenza professjonali f’ambjent interdixxiplinari f’kuntest internazzjonali.
|
|
Artikolu 10a 4.
|
Il-membri tal-Bord Konsultattiv għandhom jinħatru f’kapaċità personali u għandhom iwettqu l-inkarigu tagħhom b’mod kompletament indipendenti mill-Istati Membri u mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jeleġġi l-president tiegħu minn fost il-membri tiegħu għal perjodu ta’ erba’ snin u huwa għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu.
|
|
Artikolu 10a 5.
|
Il-Bord Konsultattiv għandu jikkomplementa l-ħidma tal-Aġenzija filwaqt li jaġixxi b’mod indipendenti fit-twettiq tal-kompiti tiegħu. Il-Bord Konsultattiv għandu jistabbilixxi l-programm ta’ ħidma annwali tiegħu b’mod indipendenti, u meta jagħmel dan għandu jikkonsulta lill-Bord tat-Tmexxija. Il-president tal-Bord Konsultattiv għandu jinforma lill-Bord tat-Tmexxija u lid-Direttur Eżekuttiv dwar dak il-programm u l-implimentazzjoni tiegħu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009R0401
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|