Artikolu 14
Ir-regoli finanzjarji li japplikaw għall-Aġenzija għandhom jiġu adottati mill-Bord Ta’ Mmaniġġjarwara li tkun ġiet ikkonsultata l-Kummissjoni. Dawn għandhom ikunu konformi mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (
2
) għajr jekk in-non konformità tkun meħtieġa speċifikament għall-ħidma tal-Aġenzija u l-Kummissjoni tkun tat il-kunsens tagħha bil-quddiem.