|
+Artikolu 10 L-inċentivi finanzjarji ---+Article 10 1. ---+Article 10 2. ---+Article 10 3. ---+Article 10 4. |
Artikolu 10 L-inċentivi finanzjarjiArtikolu 10 L-inċentivi finanzjarji 1. Bla ħsara għad-dħul fis-seħħ tal-miżuri implimentattivi għal dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu inċentivi finanzjarji li japplikaw għal vetturi bil-mutur fi produzzjoni f’serje, li jkunu konformi ma’ dan ir-Regolament u mal-miżuri implimentattivi tiegħu. Dawk l-inċentivi għandhom japplikaw għall-vetturi l-ġodda kollha li tqiegħdu fuq is-suq tal-Istat Membru kkonċernat, li jkunu konformi ma’ dan ir-Regolament u mal-miżuri implimentattivi tiegħu. Madankollu, għandhom jieqfu japplikaw mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2013. 2. Suġġett għad-dħul fis-seħħ tal-miżuri implimentattivi għal dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jagħtu inċentivi finanzjarji għall-iffissar retroattiv sabiex jintlaħqu l-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness I tal-vetturi li qed jintużaw u għall-iskrappjar ta’ vetturi li ma jkunux konformi ma’ dan ir-Regolament u mal-miżuri implimentattivi tiegħu. 3. Għal kull tip ta’ vettura bil-mutur, l-inċentivi finanzjarji li jissemmew fil-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx jeċċedu l-ispiża addizzjonali tat-tagħmir tekniku użat sabiex tkun żgurata konformità mal-limiti ta’ emissjoni speċifikati fl-Anness I, inkluża l-ispiża tal-installazzjoni fuq il-vettura. 4. Il-Kummissjoni għandha tiġi informata bi pjanijiet sabiex jiġu istitwiti jew mibdula l-inċentivi fiskali li jissemmew fil-paragrafi 1 u 2. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|