|
+Artikolu 21a Fondi li ma jistgħux ikunu impenjati taħt il-Kapitolu II ---+Article 21a 1. ---+Article 21a 2. ---+Article 21a 3. |
Artikolu 21a Fondi li ma jistgħux ikunu impenjati taħt il-Kapitolu IIArtikolu 21a Fondi li ma jistgħux ikunu impenjati taħt il-Kapitolu II 1. Fondi li skont l-Artikolu 3(2) ma jistgħux ikunu soġġetti għal impenji legali individwali taħt il-Kapitolu II għal ammont ta' EUR 146 344 644,50 għandhom ikunu allokati għall-faċilità msemmija fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 1, għall-finijiet tal-iżvilupp ta' strumenti adegwati ta' finanzjament f’kooperazzjoni ma' istituzzjonijiet finanzjarji, b’tali mod li proġetti tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u proġetti għall-isfruttament tas-sorsi rinnovabbli tal-enerġija jingħataw stimolu maġġuri. 2. Il-faċilità għandha tkun implimentata skont l-Anness II. L-Artikolu 23(1) ma għandux japplika għall-faċilità. 3. L-espożizzjoni tal-Unjoni għall-faċilità, inklużi ħlasijiet ta' ġestjoni u spejjeż eliġibbli oħra, għandha tkun limitata għall-ammont tal-kontribut tal-Unjoni għall-faċilità speċifikat fil-paragrafu 1, u ma għandu jkun hemm l-ebda responsabbiltà ulterjuri fuq il-baġit ġenerali tal-Unjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|