+KAPITOLU IV SERVIZZI OKKAŻJONALI U SERVIZZI OĦRA EŻENTI MILL-AWTORIZZAZZJONI
---+Artikolu 12 Dokumenti tal-kontroll
------+Article 12 1.
------+Article 12 2.
------+Article 12 3.
------+Article 12 4.
------+Article 12 5.
------+Article 12 6.
---+Artikolu 13 Ħarġiet lokali

KAPITOLU IV SERVIZZI OKKAŻJONALI U SERVIZZI OĦRA EŻENTI MILL-AWTORIZZAZZJONI

KAPITOLU IV SERVIZZI OKKAŻJONALI U SERVIZZI OĦRA EŻENTI MILL-AWTORIZZAZZJONI

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 12 Dokumenti tal-kontroll

Artikolu 12

Dokumenti tal-kontroll

(1)  Is-servizzi okkażjonali għandhom ikunu koperti minn formola tal-vjaġġ bl-eċċezzjoni tas-servizzi msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(3).

(2)  Trasportatur li jkun jopera s-servizzi okkażjonali għandu jimla formola tal-vjaġġ qabel kull vjaġġ.

(3)  Il-formola tal-vjaġġ għandu jkun hemm fiha tal-anqas din l-informazzjoni:

(a) it-tip ta’ servizz;

(b) l-itinerarju prinċipali;

(c) it-trasportatur(i) involut(i).

(4)  Il-kotba tal-formoli tal-vjaġġi għandhom jiġu pprovduti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn it-trasportatur ikun stabbilit jew minn korpi maħtura minn dawk l-awtoritajiet.

(5)  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-format tal-formola tal-vjaġġ, il-ktieb tal-formoli tal-vjaġġ u l-mod kif jintużaw. Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmija fl-Artikolu 26(2).

(6)  Fil-każ tas-servizzi regolari speċjali koperti bit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(2), il-kuntratt jew kopja tiegħu awtentikata għandhom iservu bħala dokument ta’ kontroll.

Artikolu 13 Ħarġiet lokali

Artikolu 13

Ħarġiet lokali

Fil-qafas ta’ servizz okkażjonali internazzjonali, trasportatur jista’ jwettaq servizzi okkażjonali (ħarġiet lokali) fi Stat Membru minbarra f’dak li fih ikun stabbilit.

Dawn is-servizzi għandhom ikunu ntiżi għal passiġġieri mhux residenti, li qabel kienu ttrasportati mill-istess trasportatur fuq wieħed mis-servizzi internazzjonali msemmija fl-ewwel sottoparagrafu u għandhom jitwettqu bl-istess vettura jew vettura oħra bl-istess trasportatur jew grupp ta’ trasportaturi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.07.2013 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009R1073
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.