+Artikolu 17 Evalwazzjoni bejn il-pari ta’ Korpi Kompetenti
---+Artikolu 17 1.
---+Artikolu 17 2.
---+Artikolu 17 3.
---+Artikolu 17 4.
---+Artikolu 17 5.
|
Artikolu 17 Evalwazzjoni bejn il-pari ta’ Korpi Kompetenti
Evalwazzjoni bejn il-pari ta’ Korpi Kompetenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 17 1.
|
Il-Forum tal-Korpi Kompetenti għandu jorganizza evalwazzjoni bejn il-pari biex jivvaluta l-konformità tas-sistema ta’ reġistrazzjoni ta’ kull Korp Kompetenti ma’ dan ir-Regolament u biex jiġi żviluppat approċċ armonizzat lejn l-applikazzjoni tar-regoli relatati mar-reġistrazzjoni.
|
|
Artikolu 17 2.
|
L-evalwazzjoni bejn il-pari għandha ssir fuq bażi regolari, tal-anqas kull erba’ snin, u għandha tinkludi valutazzjoni tar-regoli u l-proċeduri mniżżlin fl-Artikoli 12, 13 u 15. Il-Korpi Kompetenti kollha għandhom jieħdu sehem fl-evalwazzjoni bejn il-pari.
|
|
Artikolu 17 3.
|
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi proċeduri għat-twettiq tal-evalwazzjoni bejn il-pari, inklużi proċeduri xierqa għal appelli kontra deċiżjonijiet meħuda b’riżultat tal-evalwazzjoni bejn il-pari.
Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 49(3).
|
|
Artikolu 17 4.
|
Il-proċeduri li qed jirriferi għalihom il-paragrafu 3 għandhom jiġu stabbiliti qabel isseħħ l-ewwel evalwazzjoni tal-pari.
|
|
Artikolu 17 5.
|
Il-Forum tal-Korpi Kompetenti, għandu jibgħat regolarment lill-Kummissjoni u lill-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 49(1) rapport dwar l-evalwazzjoni bejn il-pari.
Dak ir-rapport għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku wara li jkun ġie approvat mill-Forum tal-Korpi Kompetenti u mill-Kumitat imsemmi fl-ewwel subparagrafu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.07.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009R1221
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|