+Artikolu 23 Sorveljanza tal-verifikaturi ambjentali
---+Artikolu 23 1.
---+Artikolu 23 2.
---+Artikolu 23 3.
---+Artikolu 23 4.
---+Artikolu 23 5.
---+Artikolu 23 6.
---+Artikolu 23 7.
---+Artikolu 23 8.
|
Artikolu 23 Sorveljanza tal-verifikaturi ambjentali
Sorveljanza tal-verifikaturi ambjentali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 23 1.
|
Is-sorveljanza tal-attivitajiet ta’ verifika u ta’ validazzjoni mwettqa mill-verifikaturi ambjentali fi:
(a)
l-Istat Membru li fih huma akkreditati jew liċenzjati, għandha ssir mill-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar li jkun ħareġ l-akkreditazzjoni jew il-liċenzja;
(b)
pajjiżi terzi, għandha ssir mill-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar li jkun ħareġ l-akkreditazzjoni jew il-liċenzja lill-verifikatur ambjentali għal dawk l-attivitajiet;
(c)
Stat Membru ieħor li ma jkunx dak fejn tkun inħarġet l-akkreditazzjoni jew il-liċenzja, għandha ssir mill-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar ta’ dan l-Istat Membru fejn issir il-verifika.
|
|
Artikolu 23 2.
|
Mill-inqas erba’ ġimgħat qabel kull verifika fi Stat Membru, il-verifikatur ambjentali għandu jinnotifika d-dettalji tal-akkreditazzjoni jew tal-liċenzja tiegħu u l-ħin u l-post tal-verifika lill-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar responsabbli għas-sorveljanza tal-verifikatur ambjentali kkonċernat.
|
|
Artikolu 23 3.
|
Il-verifikatur ambjentali għandu jinforma minnufih lill-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar bi kwalunkwe bidla li taffettwa l-akkreditazzjoni jew il-liċenzji jew l-ambitu tagħhom.
|
|
Artikolu 23 4.
|
Għandha ssir dispożizzjoni mill-Korp ta’ Akkreditazzjonijew Liċenzjar, f’intervalli regolari li ma jaqbżux 24 xahar, biex jiżgura li l-verifikatur ambjentali jkompli jikkonforma mar-rekwiżiti tal-akkreditazzjoni jew tal-liċenzja u jissorvelja l-kwalità tal-attivitajiet ta’ verifika u ta’ validazzjoni mwettqa.
|
|
Artikolu 23 5.
|
Is-sorveljanza tista’ tikkonsisti minn verifika fl-uffiċċju, sorveljanza fuq il-post tal-organizzazzjonijiet, kwestjonarji, reviżjoni tad-dikjarazzjonijiet ambjentali jew tal-aġġornamenti tagħhom ivvalidati mill-verifikaturi ambjentali u reviżjoni tar-rapport ta’ verifika.
Is-sorveljanza għandha tkun proporzjonata għall-attività mwettqa mill-verifikatur ambjentali.
|
|
Artikolu 23 6.
|
L-organizzazzjonijiet għandhom jippermettu lill-Korpi ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar jissorveljaw il-verifikatur ambjentali matul il-proċess tal-verifika u l-validazzjoni.
|
|
Artikolu 23 7.
|
Kwalunkwe deċiżjoni meħuda mill-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar biex tintemm jew tiġi sospiża l-akkreditazzjoni jew il-liċenzja jew biex jiġi ristrett l-ambitu tal-akkreditazzjoni jew tal-liċenzja, għandha tittieħed biss wara li l-verifikatur ambjentali jkun ingħata l-possibbiltà li jiġi mismugħ.
|
|
Artikolu 23 8.
|
Jekk il-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar, li jkun qiegħed jissorvelja, jkun tal-fehma li l-kwalità tax-xogħol ta’ verifikatur ambjentali ma tilħaqx ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, huwa għandu jibgħat rapport ta’ sorveljanza bil-miktub lill-verifikatur ambjentali kkonċernat u lill-Korp Kompetenti fejn l-organizzazzjoni kkonċernata tkun bi ħsiebha tapplika għal reġistrazzjoni jewfejn l-organizzazzjoni kkonċernata ġiet reġistrata.
Fil-każ ta’ kwalunkwe tilwim ieħor, ir-rapport ta’ sorveljanza għandu jintbagħat lill-Forum tal-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar msemmija fl-Artikolu 30.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.07.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009R1221
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|