+Artikolu 24 Rekwiżiti addizzjonali għas-sorveljanza ta’ verifikaturi ambjentali attivi fi Stat Membru ieħor minbarra dak fejn tkun inħarġet l-akkreditazzjoni jew il-liċenzja
---+Artikolu 24 1.
---+Artikolu 24 2.
---+Artikolu 24 3.
---+Artikolu 24 4.
---+Artikolu 24 5.
---+Artikolu 24 6.
|
Artikolu 24 Rekwiżiti addizzjonali għas-sorveljanza ta’ verifikaturi ambjentali attivi fi Stat Membru ieħor minbarra dak fejn tkun inħarġet l-akkreditazzjoni jew il-liċenzja
Rekwiżiti addizzjonali għas-sorveljanza ta’ verifikaturi ambjentali attivi fi Stat Membru ieħor minbarra dak fejn tkun inħarġet l-akkreditazzjoni jew il-liċenzja
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 24 1.
|
Mill-inqas erba’ ġimgħat qabel ma’ verifikatur ambjentali, akkreditat jew liċenzjati fi Stat Membru, iwettaq attivitajiet ta’ verifika u ta’ validazzjoni fi Stat Membru ieħor, huwa għandu jipprovdi lill-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar tal-Istat Membru tal-aħħar l-informazzjoni li ġejja:
(a)
id-dettalji tal-akkreditazzjoni jew tal-liċenzja tiegħu, il-kompetenzi tiegħu, b’mod partikolari l-għarfien tar-rekwiżiti ġuridiċi relatati mal-ambjent u mal-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru l-ieħor, u l-kompożizzjoni tal-korp, jekk ikun xieraq;
(b)
il-ħin u l-post tal-verifika u l-validazzjoni;
(c)
l-indirizz u d-dettalji ta’ kuntatt tal-organizzazzjoni.
Din in-notifika għandha tingħata qabel kull attività ta’ verifika u ta’ validazzjoni.
|
|
Artikolu 24 2.
|
Il-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar jista’ jitlob kjarifika dwar l-għarfien tal-verifikatur rigward ir-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli relatati mal-ambjent.
|
|
Artikolu 24 3.
|
Il-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar jista’ jirrikjedi kondizzjonijiet oħra minbarra dawk imsemmijin fil-paragrafu 1 fil-każ biss li dawn il-kondizzjonijiet l-oħra ma jippreġudikawx id-dritt tal-verifikatur ambjentali li jipprovdi servizzi fi Stat Membru ieħor għajr f’dak fejn ingħatat l-akkreditazzjoni jew il-liċenzja.
|
|
Artikolu 24 4.
|
Il-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar m’għandux juża l-proċedura msemmija fil-paragrafu 1 sabiex idewwem il-wasla tal-verifikatur ambjentali. Meta l-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar ma jkunx jista’ jissodisfa l-kompiti tiegħu skont il-paragrafi 2 u 3 qabel ma jasal iż-żmien tal-verifika u l-validazzjoni kif innotifikat mill-verifikatur skont il-punt (b) tal-paragrafu 1, huwa għandu jibgħat ġustifikazzjoni raġunata lill-verifikatur.
|
|
Artikolu 24 5.
|
M’għandha tiġi imposta l-ebda miżata diskriminatorja għan-notifika u s-sorveljanza mill-Korpi ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar.
|
|
Artikolu 24 6.
|
Fejn il-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar li jkun qiegħed jissorvelja jkun tal-fehma li l-kwalità tax-xogħol tal-verifikatur ambjentali ma tilħaqx ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, huwa għandu jibgħat rapport ta’ sorveljanza bil-miktub lill-verifikatur ambjentali kkonċernat, lill-Korp ta’ Akkreditazzjoni jew Liċenzjar li ħareġ l-akkreditazzjoni jew liċenzjar, u lill-Korp Kompetenti fejn l-organizzazzjoni kkonċernata tkun bi ħsiebha tapplika għal reġistrazzjoni jew fejn l-organizzazzjoni kkonċernata tkun reġistrata. Fil-każ ta’ kwalunkwe tilwim ieħor, ir-rapport ta’ sorveljanza għandu jintbagħat lill-Forum tal-Korpi ta’ Akkreditazzjoni u Liċenzjar imsemmija fl-Artikolu 30.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.07.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009R1221
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|