+Artikolu 25 Aċċess għall-ġustizzja
---+Artikolu 25 1.
---+Artikolu 25 2.
---+Artikolu 25 3.
---+Artikolu 25 4.
---+Artikolu 25 5.

Artikolu 25 Aċċess għall-ġustizzja

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 25 1.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, skont is-sistema legali nazzjonali rilevanti, il-membri tal-pubbliku interessati jkollhom aċċess għal proċedura ta’ reviżjoni quddiem qorti tal-ġustizzja jew korp ieħor indipendenti u imparzjali stabbilit bil-liġi biex jikkontestaw il-legalità sostantiva jew proċedurali ta’ deċiżjonijiet, atti jew omissjonijiet suġġetti għall-Artikolu 24 meta titwettaq waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

ikollhom interess suffiċjenti;

(b) 

iżommu t-tnaqqir ta’ dritt, meta l-liġi amministrattiva proċedurali ta’ Stat Membru teħtieġ dan bħala prekondizzjoni.

Preżenza fil-proċedura ta’ rieżami ma għandhiex tkun kundizzjonali fuq ir-rwol li kellu l-membru tal-pubbliku kkonċernat matul fażi parteċipattiva tal-proċeduri tat-teħid ta’ deċiżjonijiet skont din id-Direttiva.

Il-proċedura ta’ rieżami għandha tkun ġusta, ekwa, f’waqtha u mhux għalja b’mod projbittiv, u għandha tipprevedi rimedji adegwati u effettivi, inkluż rimedju b’mandat ta’ inibizzjoni kif xieraq.

Artikolu 25 2.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu f’liema stadju jistgħu jiġu kkontestati d-deċiżjonijiet, l-atti jew l-omissjonijiet.
Artikolu 25 3.

Dak li jikkostitwixxi interess suffiċjenti u tnaqqir ta’ dritt għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri, b’mod konsistenti mal-għan li jingħata aċċess għall-ġustizzja lill-pubbliku interessat.

Għal dan il-fini, l-interess ta’ kull organizzazzjoni mhux governattiva li tippromwovi l-il-ħarsien ambjentali u li tissodisfa kwalunkwe rekwiżit skont il-liġi nazzjonali għandu jitqies biżżejjed għall-għan tal-punt (a) tal-paragrafu 1.

Dawn l-organizzazzjonijiet għandhom jitqiesu wkoll li għandhom drittijiet li huma kapaċi li jiġu mnaqqra għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1.

Artikolu 25 4.

Il-paragrafi 1, 2 u 3 m’għandhomx jeskludu l-possibbiltà ta’ proċedura ta’ reviżjoni preliminari quddiem awtorità amministrattiva u m’għandhomx jaffettwaw ir-rekwiżit tal-eżawriment tal-proċeduri tar-reviżjoni amministrattiva qabel ir-rikors għall-proċeduri tar-reviżjoni ġudizzjarja, meta jeżisti dan ir-rekwiżit taħt il-liġi nazzjonali.

Kwalunkwe proċedura bħal din għandha tkun ġusta, ekwa, f’waqtha u ma tiswiex tant li tkun projbittiva.

Artikolu 25 5.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li informazzjoni prattika ssir disponibbli lill-pubbliku dwar l-aċċess għall-proċeduri amministrativi u ġudizzjarji tar-reviżjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010L0075
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.