+Artikolu 51 Awtorizzazzjoni biex jinbidlu l-kondizzjonijiet tat-tħaddim
---+Artikolu 51 1.
---+Artikolu 51 2.
---+Artikolu 51 3.
---+Artikolu 51 4.

Artikolu 51 Awtorizzazzjoni biex jinbidlu l-kondizzjonijiet tat-tħaddim

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 51 1.
Kondizzjonijiet differenti minn dawk stabbiliti fl-Artikolu 50(1), (2) u (3) u, fir-rigward tat-temperatura, il-paragrafu 4 ta’ dak l-Artikolu u speċifikat fil-permess għal ċerti kategoriji ta’ skart jew għal ċerti proċessi termiċi, jistgħu jiġu awtorizzati mill-awtorità kompetenti bil-kondizzjoni li jiġu sodisfatti r-rekwiżiti l-oħra ta’ dan il-Kapitolu. L-Istati Membri jsitgħu jistabbilixxu regoli li jirregolaw dawn l-awtorizzazzjonijiet.
Artikolu 51 2.
Għall-impjanti tal-inċinerazzjoni tal-iskart, il-bidla fil-kondizzjonijiet tat-tħaddim m’għandhiex tikkawża iżjed residwi jew residwi b’kontenut ogħla ta’ sustanzi li jniġġsu meta mqabbla ma’ dawk ir-residwi li jistgħu jkunu mistennija taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 50(1), (2) u (3).
Artikolu 51 3.

L-emissjonijiet ta’ karbonju organiku totali u tal-monossidu tal-karbonju mill-impjanti ta’ koinċinerazzjoni tal-iskart awtorizzati li jibdlu l-kondizzjonijiet tat-tħaddim skont il-paragrafu 1 għandhom jikkonformaw ukoll mal-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fil-Parti 3 tal-Anness VI.

L-emissjonijiet ta’ karbonju organiku totali minn bark boilers fl-industrija tal-karta u l-polpa li jikkoinċineraw skart fil-post tal-produzzjoni tagħha li kienu qed joperaw u li kellhom permess qabel it-28 ta’ Diċembru 2002 u li huma awtorizzati jibdlu l-kondizzjonijiet tat-tħaddim skont il-paragrafu 1 għandhom ukoll jikkonformaw mal-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fil-Parti 3 tal-Anness VI.

Artikolu 51 4.
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-kondizzjonijiet kollha tat-tħaddim awtorizzati skont il-paragrafi 1, 2 u 3 u r-riżultati ta’ verifiki magħmula bħala parti mill-informazzjoni prevista skont ir-rekwiżiti tar-rappurtar taħt l-Artikolu 72.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010L0075
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.