+Artikolu 67 Projbizzjoni tar-rimi ta’ skart

Artikolu 67 Projbizzjoni tar-rimi ta’ skart

Artikolu 67

Projbizzjoni tar-rimi ta’ skart

L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu r-rimi tal-iskart li ġej fi kwalunkwe ilmijiet, baħar jew oċean:

(a) 

l-iskart solidu;

(b) 

il-likuri omm li jirriżultaw mill-fażi ta’ filtrazzjoni wara l-idroliżi tas-soluzzjoni tas-sulfat tat-titanil minn installazzjonijiet li japplikaw il-proċess tas-sulfat; inkluż l-iskart aċidu assoċjat ma’ dawn il-likuri, li kumplessivament ikollu aktar minn 0,5 % aċidu sulfuriku ħieles u diversi metalli tqal u inkluż tali likuri omm li jkunu ġew dilwiti sakemm dawn ikun fihom 0,5 % jew inqas aċidu sulfuriku ħieles;

(c) 

skart minn installazzjonijiet li japplikaw il-proċess tal-kloru li jkun fih aktar minn 0,5 % aċidu idrokloriku ħieles u diversi metalli tqal, inkluż skart bħal dan li jkun ġie dilwit sakemm ikunn fih 0,5 % jew inqas aċidu idrokloriku ħieles;

(d) 

melħ tal-filtrazzjoni, ħama u skart likwidu li jirriżulta mit-trattament (konċentrazzjoni jew newtralizzazzjoni) tal-iskart imsemmi fil-punti (b) u (c) u li jkun fih diversi metalli tqal, iżda ma jinkludix skart newtralizzat u iffiltrat jew imferra’ li jkun fih biss traċċi ta’ metall tqil u li, qabel kull taħlit, ikollu valur ta’ pH aktar minn 5,5.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.08.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010L0075
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.